Futbol internazzjonali
Jadon Sancho se jibqa’ ma’ Borussia Dortmund

Il-winger ta’ Borussia Dortmund Jadon Sancho jinsab mal-iskwadra li marret fl-Iżvizzera għal training camp ta’ qabel ma jibda l-istaġun, bil-klabb li qal li l-plejer se jkun qed jibqa’ magħhom għax se jestendulu l-kuntratt sal-2023.

Sancho kien il-mira ta’ diversi klabbs kbar fl-Ewropa bl-ikbar spekulazzjoni tkun li se jmur jilgħab fil-Premier League Ingliż.

Michael Zorc, id-Direttur Sportiv ta’ Borussia Dortmund, qal li l-klabb qed jippjana li jkollu fl-iskwadra lil Sancho.

Il-plejer Ingliż ta’ 20 sena kellu staġun tajjeb ħafna fil-Bundesliga u għen lil Borussia Dortmund itemmu fit-tieni post.

Manchester United kien wieħed mit-timijiet li kien qed juri l-interess f’Jadon Sancho.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

L-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez laħaq ftehim mal-klabb tiegħu biex itemm il-kuntratt tiegħu u jibda wieħed ġdid ma’ Atletico Madrid. Din l-aħbar ħarġu biha l-media Spanjola. Suarez u t-tielet l-aħjar…

Arturo Vidal huwa uffiċjalment plejer ta’ Inter hekk kif il-klabb Taljan laħaq ftehim ma’ Barcelona dwar il-plejer Ċilen. L-aħbar għamluha uffiċjali ż-żewġ klabbs. Inter ħallsu miljun ewro biex iffirmaw lill-midfielder…

Aktar