Futbol internazzjonali
James Milner jista’ jilgħab il-500 logħba tiegħu fil-Kampjonat Premier Ingliż għada

Il-midfielder ta’ Liverpool, James Milner, huwa mistenni li jilgħab il-500 logħba tiegħu fil-Kampjonat Premier Ingliż, meta għada Liverpool imorru għand Bournemouth. Jekk għada jkollu sehem fil-logħba, il-viċi captain ta’ Liverpool ikun wieħed minn 13-il plejer li s’issa rnexxilhom jilħqu t-tragward li jilagħbu 500 logħba jew aktar fil-Kampjonat Premier. Fl-età ta’ 32 sena u 338 ġurnata, Milner huwa t-tieni l-iżgħar plejer wara Gareth Barry li ser ikun laħaq il-500 logħba, u allura fadallu ftit staġuni oħra sabiex ikompli jtella’ dan it-total.

L-aħħar plejer li kien irnexxielu jilħaq il-500 logħba fil-Kampjonat Premier Ingliż kien l-eks-captain ta’ Liverpool, Steven Gerrard, f’April tal-2015, u sal-aħħar tal-istaġun b’kollox irnexxielu jilgħab 504 logħbiet, kollha mat-tim minn Merseyside.

Jekk jibda fil-logħba t’għada kontra Bournemouth, Milner ikun qiegħed jilgħab il-111-il logħba mat-tim ta’ Liverpool, wara li ngħaqad magħhom b’xejn mingħand Manchester City fl-2015. Ma’ Liverpool huwa skorja l-akbar ammont ta’ gowls fil-karriera tiegħu, 15 s’issa, tragward li m’għamlux mat-timijiet li kien qabel.

L-ewwel gowl għal Milner wasal mal-ħames logħba tiegħu fil-Kampjonat Premier Ingliż mat-tim ta’ Leeds United, meta dakinhar kellu 16-il sena u 357 ġurnata, biex huwa t-tieni l-iżgħar plejer li rnexxielu jsib ix-xibka wara James Vaughan. Huwa kompla l-karriera tiegħu mat-timijiet ta’ Newcastle United, Aston Villa, Manchester City u issa Liverpool.

It-tnax-il plejer li s’issa lagħbu 500 logħba jew aktar fil-Kampjonat Premier Ingliż huma:

Gareth Barry – 653 logħba
Ryan Giggs – 632 logħba
Frank Lampard – 609 logħbiet
David James – 572 logħba
Gary Speed – 535 logħba
Emile Heskey – 516-il logħba
Mark Schwarzer – 514-il logħba
Jamie Carragher – 508 logħbiet
Phil Neville – 505 logħbiet
Steven Gerrard – 504 logħbiet
Rio Ferdinand – 504 logħbiet
Sol Campbell – 503 logħbiet
Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Valletta FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu fl-ewwel rawnd tal-UEFA Champions League kontra F91 Dudelange tal-Lussemburgu. Il-poloz ittellgħu llum wara nofsinhar, fil-kwartiera tal-UEFA, f’Nyon, fl-Iżvizzera. Ftit tal-ħin wara, ttellgħu…

Futbol internazzjonali

Michel Platini, l-ex President tal-UEFA, inżamm taħt arrest mill-Pulizija Franċiża, wara allegazzjonijiet ta’ tixħim fil-mod kif ingħatat it-Tazza tad-Dinja tal-2022, lil Qatar. L-aħbar ta’ Platini ħarġet l-ewwel fis-sit Mediapart u…

Futbol internazzjonali

GRUPP Ċ Ġappun 0  Ċili 4 Iċ-Ċili fetħu l-impenji tagħhom fil-Copa America bl-aħjar mod possibbli meta fl-ewwel logħba minn Grupp Ċ huma għelbu lill-Ġappun bl-iskor ta’ 4-0. Pulgar fetaħ l-iskor…

Futbol internazzjonali

Serbja U21 0 Awstrija U21 2 Mill-ewwel logħbiet fi Grupp B, l-Awstrija għelbu lis-Serbja bl-iskor ta’ 2-0. Il-gowls waslu minn Wolf fl-ewwel taqsima u Horvath fit-tieni waħda, b’Jovanovic jitkeċċa għas-Serbi…

Aktar