Jamie Webster f’Malta fil-25 sena anniversarju mill-ftuħ tal-Club
Il-Kantant famuż ingliż Jamie Webster li hu pololari ferm mal-partitarji ta’ Liverpool madwar id-Dinja se jkun Malta fi tmiem il-ġimgħa bħal mistieden tal-Liverpool Supporters Club Malta.
Hu se jkun qed jinġieb f’pajjiżna hekk kif il-Club se jkun qed jiċċelebra il-25 sena mit-twaqqif tiegħu f’Malta.
Il-Kumitat tal-Liverpool Supporters Club Malta din is-sena qed jorganizza numru ta’ attivitajiet u avvenimenti biex jkun imfakkar dan l-anniversarju. Fost dawn l-attivitajiet, il-kumitat irnexxielu jasal fi ftehim ma’ Jamie Webster li hu kantant uffiċjalment affiljat mal-Club ta’ Liverpool fejn hu magħruf li jagħti kunċerti uniċi għas-Supporters tar-Reds b’attendenzi kbar.
Dawn il-kuncerti hu jagħmilhom kemm f’Liverpool kif ukoll madwar l-Ewropa kollha u kull fejn ikunu qed jilgħab it-team.
Il-partitarji Maltin u Għawdxin jistgħu igawdu kunċert ta’ Jamie Webster f’wieħed minn żewġ kuncerti li se jsiru fi tmiem il-ġimgħa wieħed f’Malta u ieħor f’Għawdex. Il-Kunċert Live f’Malta se jsir il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru fil-Montekristo Estate u f’Għawdex l-għada 16 ta’ Novembru fil-Westend Terrace. Kull min jixtieq li jattendi hu mitlub li jikuntatja lill-fergħa ta’ supporters ta’ Malta jew f’Għawdex.
Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Gżira United – Mosta 3-1 Wara żewġ minuti logħob tasal l-ewwel azzjoni meta kross ta’ Kyle Xuereb ballun fuq ras Kotlov bil-ballun jispiċċa barra fuq ix-xibka. 8 minuti għal darb’oħra…

Futbol lokali

FLORIANA 2 SANTA LUCIA 1 Floriana rritornaw għar-rebħ wara żewġ draw konsekuttivi dan hekk kif huma għelbu lil Santa Lucia biex żammew it-tlett punti vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika. Fil-ħdax il-minuta free…

Aktar