Sports Internazzjonali
Jan Ullrich arrestat

Il-pulizija Ġermaniza arrestat lill-eks rebbieħ tat-Tour de France Jan Ullrich wara li dan qed ikun akkuzat li attakka bi vjolenza mara f’lukanda lussuza fi Frankfurt.
Ullrich kien kien taħt l-effett tal-alkoħ ol u d-droga meta wettaq dan l-attakk bil-persuna attakkata ssofri xi feriti. Ullrich li għandu 44 sena u l-mara jidher li kellhom argument sħun fil-lukanda Villa Kennedy fis-sigħat bikrin tal-ġimgħa.
Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha fejn anki l-mara li allegatament kienet attakkata qed tkun mizmuma u interrgoata mill-pulizija. Ullrich għaddej minn mument diffiċli fil-ħajja personali tiegħu u f’intervista li ta iktar kmieni din il-ġimgħa stqarr li il-mara tiegħu isseparat minn miegħu u li hu ilu ma jara lit-tliet uliedu sa minn April li għadda.
Ullrich fl-intervista qal li qed jagħmel programm ta’ terapija biex ikun jista’ jerġa’ jara lit-tfal tiegħu.
Għal Ullrich li rebaħ it-Tour de France fl-1997, dan l-inċident wasal ftit jiem biss wara li kien fl-aħbarijiet wara li kellu argument jaħraq ma’ wieħed mill-ġirien tiegħu fid-dar li jgħix fiha fil-belt Spanjola ta’ Mallorca.

Miktub minn...
Chris Cassar
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Ir-Russu Khabib Nurmagomedov sfida lil Floyd Mayweather għall-ġlied. Nurmagomedov, li għadu frisk mir-rebħa fuq Conor McGregor, biex issa għandu 27 rebaħ konsekuttiva mingħajr l-ebda telfa, jista’ jkun li għandu futur…

Formula 1

S’issa ma kienx staġun faċli għal Daniel Ricciardo tar-Red Bull. Mhux biss l-Awstraljan qiegħed ibati sabiex jikseb ftit punti mhux ħażin, imma spiċċa qiesu t-tieni sewwieq tat-tim wara li sieħbu…

Sports Internazzjonali

Jonathan Rea mill-Irlanda ta’ Fuq waqqaf rekord ġdid fl-Arġentina meta rebaħ l-għaxar tellieqa infila tiegħu. Rea, li jsuq mutur Kawasaki, sat-tieni lap kien fis-seba’ post fit-tellieqa tal-Motor Superbikes, imma sat-tmien…

Formula 1

Huma l-aħħar erba’ Grand Prix għas-sewwieq tar-Renault Fernando Alonso li ser jirtira mill-Formula 1 fi tmiem l-istaġun. L-aħbar ħarġet mit-tim tar-Renault, fejn qalu li għalkemm huwa ta’ dispjaċir għalihom li…

Aktar