Olimpijadi TOKYO 2020
Jasal f’Tokjo l-Kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa

Wasal f’Tokjo l-kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa Tedros Adhanom Ghebreyesus. Huwa attenda għal-laqgħa tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li kienet qed issir f’Tokjo fejn qal li d-dinja għandha bżonn l-Olimpjadi bħalha “ċelebrazzjoni ta’ tama.”

Tedros qal li qed jittama kif t-torċa olimpika tkun simbolu ta’ tama li ddur madwar id-dinja u li jalla li r-raġġi mid-dinja ta’ fejn titla’ x-xemx iħabbru żerniq ġdid għad-dinja mifnija bil-pandemija.

Tedros ikkritika d-diskrepanzi li hemm bejn diversi pajjiżi dwar l-għoti tal-vaċċin kontra l-Covid-19, u qal li hemm bżonn li l-ekonomiji tal-G20 jifthiemu aktar bejniethom sabiex ikun hemm distribuzzjoni aktar ekwa ta’ vaċċin bejn il-pajjiżi.

S’issa l-Ġappun għandu biss 34% tal-popolazzjoni li ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19, u fl-aħħar jiem f’Tokjo reġa’ kien hemm numru kbir ta’ każi ġodda t’infezzjonijiet bil-coronavirus.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA