Ibburdjar MiddleSea
Jasal lura Malta Artie III, l-ewwel jott fost il-Maltin

Il-jott Malti Artie III ta’ Lee Satariano, Christian Ripard u Timmy Camilleri jasal lura pajjiżna. Dan huwa l-ewwel jott Malti li wasal lura fit-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Il-ħin uffiċjali t’Artie III huwa mistenni fil-ħin li ġej.

Il-jott Elusive 2 ta’ Christoph, Aaron u Maya Podesta kważi wasal Lampedusa, imbagħad jaqbad l-aħħar dritta lejn Malta. Il-Ben Estates Comanche Raider III ta’ Ramon Sant Hill u Calypso ta’ Sebastien Ripard jinsabu viċin ukoll.

Il-jotts Otra Vez u Xpresso kellhom jirtiraw mit-tellieqa u rritornaw pajjiżna.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA