Futbol lokali
Jason Vella jinħatar Team Manager ta’ Mosta FC

Jason Vella, l-ex team manager tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, inħatar fl-istess kariga mal-klabb tal-Premier ta’ Mosta.

Minbarra t-tim nazzjonali, Vella kien ukoll Team Manager ma’ Pembroke Athleta fil-kampjonat BOV Premier.

FIl-jiem li ġejjin, Mosta mistennija jħabbru lill-kowċ li se jkun qed jibdel lil Mark Miller fil-kariga.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Sirens ippreżentaw lill-attakkant Wilfried Domoraud, li ngħaqad magħhom mingħand Gzira United. Il-Franċiż kien inġieb f’pajjiżna minn Hamrun Spartans u kien jagħmel parti mill-iskwadra mmexxija minn Giovanni Tedesco. Sirens akkwistaw ukoll…

Futbol lokali

Floriana FC, iċ-champions tal-futbol Malti, ittellgħu biex jilagħbu kontra t-tim popolari Rumen CFR Cluj, fl-ewwel rawnd tal-kompetizzjoni tal-UEFA Champions League tal-istaġun li jmiss. Il-partita se tkun qed tintlagħab f’Malta ftit…

Futbol lokali

Futbol lokali: il-bieraħ logħba ta’ ħbiberija bejn Gżira United u Vittoriosa Stars li ntlagħbet fil-Victor Tedesco Stadium. Rebħa ta’ 4-0 għal Gżira United bil-goals għal Maroons skorjati minn: Jefferson li…

Aktar