Ċikliżmu
Jasper Philipsen jirbaħ it-tellieqa fil-Ġermanja minn Eschborn sa Frankfurt

Iċ-ċiklist Jasper Philipsen t’Alpecin-Fenix rebaħ it-tellieqa Eschborn-Frankfurt bl-aktar mod drammatiku fl-isprint finali.

Il-Belġjan Philipsen irnexxielu jaqbeż il-linja finali quddiem John Degenkolb ta’ Lotto Soudal u Alexander Kristoff ta’ UAE-Team Emirates.

It-tellieqa kienet fuq distanza ta’ 187.4 kilometri minn Eschborn sa Frankfurt-am-Main.

Qabel ma bdiet it-tellieqa ċ-ċiklisti osservaw minuta silenzju għall-memorja tad-Daniż Chris Anker Sorenson li miet is-Sibt li għadda f’inċident tat-traffiku fil-Belġju.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA