Motorsport
Jean-Eric Vergne jirbaħ il-kampjonat tal-Formula E

Is-sewwieq Franċiż Jean-Eric Vergne ddefenda t-titlu tal-Formula E meta fl-aħħar tellieqa fi New York huwa rnexxielu jispiċċa fis-7 post u ġabar biżżejjed punti biex rebaħ l-istaġun. B’hekk Vergne sar l-ewwel sewwieq li rebaħ żewġ kampjonati fis-serje tal-karozzi elettriċi. Wara ġurnata diżastruża s-Sibt, fejn Vergne ma ġabar l-ebda punt, ilbieraħ irnexxielu jagħmel biżżejjed biex għallinqas jakkwista l-punti li kellu bżonn, bit-tim tiegħu DS Techeetah jirbaħ il-kampjonat tal-kostrutturi quddiem l-Audi Sport ABT.

Qabel bdiet l-aħħar tellieqa Vergne kellu 22 punt vantaġġ fuq il-Brażiljan Lucas Di Grassi, u 25 punt fuq Mitch Evans ta’ New Zealand. Anke Sebastien Buemi li rebaħ it-tellieqa tas-Sibt kien għadu biċ-ċans għall-kampjonat meta kien 26 punt ‘il bogħod minn Vergne.

Malli waslu fl-aħħar lap tat-tellieqa tal-Ħadd, Di Grassi u Evans, li t-tnejn kellhom, bżonn rebħa, spiċċaw ħabtu flimkien, filwaqt li Buemi daħal fit-tielet post u allura spiċċa fit-tieni post tal-klassifika inġenerali. Kien is-sewwieq ta’ Virgin Racing Robin Frijns li rebaħ l-aħħar tellieqa quddiem il-Brittaniku Alexander Sims.

Jean-Eric Vergne temm il-kampjonat fil-quċċata tal-klassifika b’136 punt, b’Sebastien Buemi jispiċċa t-tieni b’119-il punt.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Matul tmiem il-ġimgħa li ġejja l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkun waħda impenjattiva. Nhar il-Ġimgħa 13 ta’ Diċembru 2019 l-ASMK sa tkompli kemm bil-Kampjonat Nazzjonali Motocross 2019/2020 u l-Ħadd 15…

Motorsport

Il-Ħadd 8 ta’ Diċembru ġie organizzat il-ħames u l-aħħar rawnd tal-kampjonat Enemed National Hillclimb Championship, organizzat mill-Island Car Club ġewwa it-telgħa tal-Imtaħleb, limiti tar-Rabat. Il-kampjonat tal-hillclimb u l-ICC, il-klabb li…

Motorsport

F’temp mill-isbaħ, il-Ħadd 8 ta ‘Diċembru, l-Old Motors Club Malta, li din is-sena ċċelebra it-30 Anniversarju mit-twaqqif tiegħu organizza edizzjoni oħra ta l-Mdina Glass Rally and Show. Madwar 30 Karozza…

Motorsport

Citroen irtiraw mill-World Rally Championship wara li Sebastien Ogier ħabbar li ser iħalli lit-tim. Ogier kellu ħafna suċċessi mas-Citroen, tant li magħhom rebaħ diversi kampjonati tar-Rally. Mat-tħabbira tal-irtirar t’Ogier, Citroen…

Aktar