Futbol lokali
Jeffrey Farrugia jinħatar President ta’ Sliema Wanderers FC

Jeffrey Farrugia nħatar President ta’ Sliema Wanderers FC.

Farrugia ħa l-kariga li kellu Keith Perry, f’dawn l-aħħar snin fit-tmexxija tal-klabb.

Il-bidla fit-tmexxija tal-Kumitat u tal-klabb saret l-Erbgħa li għadda waqt laqgħa tal-Kumitat.

Sliema Wanderers mistennija jsejħu konferenza tal-aħbarijiet fil-jiem li ġejjin biex jispjegaw din il-bidla u anki l-proġett tal-futur tal-klabb.

L-ewwel akkwist tal-Blues taħt il-Presidenza ta’ Farrugia kien l-ex plejer ta’ Arsenal, Denilson.

TVMSport jinsab infurmat li aktar tard illum, il-plejer nazzjonali tal-Panama, Oscar Antonio Linton, difensur ċentrali, li se jkun qed jiffirma mal-Wanderers.

‘Il-Vinċ’, mhux wiċċ ġdid għall-futbol Malti.

Fil-passat kien diġà ma’ Sliema Wanderers fi żmien meta Robert Arrigo kien il-President u Sliema Wanderers rebħu kull unur possibbli fil-futbol Malti.

L-aħħar klabb lokali ta’ Farrugia qabel Sliema Wanderers kien Birkirkara FC.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Hibernians………3 Floriana………….1 Hibernians kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun meta b’wirja konvinċenti għelbu liċ-champions Floriana bl-iskor ta’ 3-1. L-ewwel okkażjoni tal-logħba ħolquha Floriana mat-13-il minuta meta xutt…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 Santa Lucia FC……………..…1 Hamrun Spartans FC……….4 Ikomplu jikkonfermaw il-qawwa taħhom l-Ispartans ħekk kif kontra Santa Lucia għamlu ċert minn 3 punti mal-ewwel 45 minuta. L-ewwel azzjoni…

KAMPJONAT BOV PREMIER 2020/21 GZIRA UTD…………1 TARXIEN R………….1 Tarxien Rainbows ħadu punt lil Gżira , f’partita li l-Maroons iddominaw. Dawn kienu żewġ timijiet li  kienu ġejjin minn telfa fl-ewwel ġurnata,…

Aktar