Futbol internazzjonali
Jekk il-kampjonati ma jitkomplewx sa Ġunju jistgħu jiġi nulli – Aleksander Ceferin President tal-UEFA

Il-President tal-UEFA Aleksander Ceferin għamilha ċara għall-ewwel darba kemm ilha li li ggravat il-kriżi COVID-19 bil-konsegwenza li waqfu l-kampjonati domestiċi li jekk dawn ma jistgħux jitkomplu sa Ġunju jistgħu jkunu dikjarati nulli.

Waqt intervista mal-ġurnal taljan La Repubblica, Ceferin qal li xorta jinsab ottimist li diversi kampjonati jistgħu jitkomplew bil-bibien magħluqa.

Ceferin li hu Sloven tenna li l-UEFA għandha pjan A,B u Ċ.

Hu kien kwotat jgħid li jekk il-kampjonati ma jitkomplewx sa Ġunju dawn se jintilfu.

It-tliet opzjonijiet li qed taħdem fuqhom il-UEFA huma Pjan A li l-kampjonati jitkomplew f’Mejju, Pjan B li l-kampjonati domestiċi jitkomplew fil-bidu ta’ Ġunju u Pjan Ċ li l-kampjonati jitkomplew fl-aħħar ta’ Ġunju.

Fi tmiem l-intervista Ceferin qal li l-UEFA se tkun qed tara l-aħjar soluzzjoni għall-kampjonati u anke l-aħjar soluzzjoni għall-Clubs.

Din l-intervista tikkonferma li l-UEFA hija iktar inklinata li tagħti direttivi hi milli tħalli l-Assoċjazzjonijiet jiddeċidu waħidhom huma dwar it-tmiem tal-kampjonati domestiċi tagħhom.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo għandu rekord ieħor. Din id-darba mhux tal-futbol milgħub fil-pitch. Iżda tal-ewwel plejer tal-futbol li sar uffiċjalment biljunaru. Skont Forbes, bil-€105 miljuni li daħħal fis-sena l-oħra, CR7 għandu tiegħu…

Futbol internazzjonali

Il-ġganti tal-futbol Real Madrid u Atletico Madrid, ingħaqdu u ftehmu biex flimkien jgħinu familji tal-belt kapitali Spanjola li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19. Florentino Perez, President ta’ real Madrid, qal li għal…

Futbol internazzjonali

It-tabiba ta’ emerġenza li assistiet lill-plejer nazzjonali tal-Kamerun Patrick Ekeng qabel mewtu, ingħatat 18-il xahar ħabs sospiżi minħabba negliġenza. Fl-2016, il-plejer kien jilgħab fir-Rumanija ma’ Dinamo Bucharest u miet b’attakk…

Futbol internazzjonali

Żewġ plejers ta’ Benfica ttieħdu fl-isptar wara li ġiet attakkata l-bus tat-tim wara l-ewwel partita li lagħbu mingħajr partitarji. Il-Ġermaniż Julian Weigl u s-Serb Andrija Zivkovic, intlaqtu b’oġġetti u ttieħdu…

Aktar