Futbol lokali
‘Jekk l-imġieba mhux xierqa se tkompli fil-Futsal lesti nxolju l-kampjonat’ Matthew Paris

Kliem iebes minn wieħed mill-Viċi Presidenti tal-MFA Matthew Paris li taħtu taqa’ r-responsabilita’ tal-kampjonat tal-Futsal…. ‘Jekk l-imġieba mhux xierqa se tkompli, l-MFA lesta li xxolji l-kampjonat’. Din id-dikjarazzjoni kella l-approvazzjoni wkoll tal-President tal-MFA Norman Darmanin Demajo li qal li s-sitwazzjoni fil-kampjonat tal-Futsal issa laħqet livell allarmanti bi ġlied regolari bejn il-players f’diversi logħbiet, ġlied bejn il-partitarji u abbuż fil-konfront tar-referees.

TVM Sport saħansitra għandu informazzjoni li l-inkwiet tal-MFA imur oltre minn dawn il-problemi hekk kif it-team tal-U19 ta’ Luxol mhux qed isib biżejjed players biex jonora l-fixtures apparti l-aħħar problema li Valletta ma niżlux għal logħba ta’ ġimgħatjen ilu kontra l-Luxol.

Intant fil-Press Briefing tradizzjonali fi tmiem il-Kunsill is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti spjega li l-FIFA se tkun qeed tniedi programm ta’ finanzjament ġdid hekk kif l-MFA se tkun qed tapplika għall-programme FIFA Forward (2019/2022) bi proġetti mmirati għall-miljorament tal-operat tal-MFA, courses tekniċi, infrastruttura fost oħrajn.

Il-Kunsill kien infurmat li se jinbidlu l-floodlights tas-Centenary Stadium bl-ewwel logħbiet ta’ kwalifikazzjoni tal-UCL u UEL tat-teams Maltin ikunu skedati li jintlagħbu hemm fl-ewwel jiem ta’ Lulju. Il-kalendarju tal-istaġun il-ġdid tal-MFA stabillixxa li l-kampjonat 2019/2020 se jibda fit-23 ta’ Awwissu bl-ewwel logħba tal-istaġun tat-team Nazzjonali Malti tkun fil-5 ta’ Settembru f’Ta’ Qali kontra n-Norveġja.

Fuq l-istudju komparattiv li l-MFA qed tagħmel bl-għajuna tal-UEFA ġie spjegat li l-konklużjonijiet ta’ dan l-istudju issa se jkun ippreżentat l-ewwel lill-istanding Committee tal-Premier u wara lill-Istanding Committees oħra. Is-Segretarju Ġenerali intant żvela li waħda mill-konklużjonijiet tal-istudju uriet li bl-introduzzjoni ta’ iktar players barranin fil-Premier f’Malta naqqas dratikament l-użu ta’ home grown players fil-kampjonat Premier. Konklużjoni inkwetanti li ħareġet minn dan l-istudju hu l-impatt tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Clubs hekk kif dawn sa ftit snin ilu kellhom 75% tad-dħul tagħhom jerġa’ joħroġ għal pagi tal-pllyers, hekk kif illum il-ġurnata dan il-perċentwal issa żdiet għal 88% mid-dħul tagħhom imur għal pagi.

Miktub minn...
TVM Sport
.