Olimpijadi TOKYO 2020
Jekk l-Olimpjadi ta’ Tokjo ma jsirux is-sena d-dieħla jkunu kkanċellati għal kollox

Jekk l-Olimpjadi ta’ Tokjo ma jsirux is-sena d-dieħla se jkunu kkanċellati għal kollox.

Dan qalu l-kap ta’ dawn il-Logħob Yoshiro Mori.

L-Olimpjadi ta’ Tokjo kellhom isiru fis-sajf li ġej iżda ġew posposti għas-sajf tas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Tokjo 2020 huma skedati li jsiru mit-23 ta’ Lulju sat-8 ta’ Awwissu tal-2021.

Madankollu, esperti fil-qasam tas-saħħa fil-Ġappun, qajmu d-dubji kemm dawn jistgħu jsiru jekk ma jilħaqx jinstab vaċċin jew kura medika kontra l-COVID-19.

Mistoqsi jekk tistax tinstab data oħra f’każ li l-Logħob ma jkunx jista’ jsir is-sena d-dieħla, Yoshiro Mori qal li “assolutament le.”

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Olimpijadi TOKYO 2020

Il-Qatar illum għamluha uffiċjali li jinsabu interessati li jospitaw l-edizzjoni tal-Olimpjadi tal-2032. Il-Qatar se jospitaw l-edizzjoni li jmiss 2022 tat-Tazza tad-Dinja. Il-Kumitat Olimpiku tal-Istat Għarbi qal li tefa’ r-rikjesta mal-Kumitat…

Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku tal-Brażil iddeċida li minħabba s-sitwazzjoni xejn feliċi fil-pajjiż minħabba l-COVID-19 se jkunu qed jitolbu lill-ammont ta’ atleti Brażiljani sabiex dawn imorru l-Portugal biex ikomplu t-taħriġ tagħhom għall-Olimpijadi tas-sena…

Sports Internazzjonali

Il-canoer Arġentin Sebastian Rossi kellu jsib mezz ġdid ta’ taħriġ f’nofs il-pandemija tal-Covid-19. Rossi, ta’ 28 sena, qiegħed jitħarreġ fil-pool tal-maħbuba tiegħu b’sistema differenti minn tas-soltu. Fejn qabel kien imur…

Aktar