Atletika
Jeremy Zammit b’rekord nazzjonali ġdid fil-long jump b’qabża ta’ 7.58 metri

F’Tallinn, l-Estonja, l-atleta Jeremy Zammit reġa’ għamel qabża tajba fil-long jump u sar l-ewwel Malti li għadda għall-finali tal-Europeans U20. Huwa qed jieħu sehem fil-Kampjonati Ewropej tal-U23 u l-U20. Il-qabża ta’ Zammit kienet ta’ 7.58 metri, l-akbar qabża fil-livell Ewropew tal-U18.

B’hekk jidher li Jeremy Zammit stabbilixxa rekord nazzjonali ġdid fil-long jump fil-kategoriji tal-U18 u l-U20 u tejjeb fuq iss-7.51 metri li qabeż f’Mejju li għadda.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA