X

Jerome Gabarretta ta’ Sliema ASC jirbaħ l-unur għal Ġunju tal-BOV plejer tax-Xahar

Story Published

Jerome Gabarretta ta’ Sliema ASC huwa l-BOV Plejer tax-xahar tal-Water Polo għal Ġunju 2019.

L-attakkant ta’ 29 sena iddistingwa ruħu matul l-4 logħbiet ta’ Sliema matul ix-xahar ta’ Ġunju b’mhux inqas minn 12-il gowl. 

Peter Perotti, Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta ppreżenta plakka kommemorattiva lil Gabarretta, it-tieni premju individwali tiegħu matul il-karriera tiegħu.