Motorsport
Jibda l-British Lawnmower Championship

Is-Sibt li għadda, fl-Ingilterra beda l-British Lawnmower Championship, bl-ewwel tellieqa ssir fil-villaġġ ta’ Billinghurst f’West Sussex. B’kollox hemm erba’ kategoriji t’inġenji differenti li s-soltu jintużaw sabiex jaqtgħu l-ħaxix imma f’dan il-każ isiru t-tlielaq bihom. Dawn it-tlielaq imorru lura 46 sena, bl-ewwel tellieqa simili saret fl-1973.

F’dan l-isport mhemm l-ebda kummerċ jew sponsors, u min jirbaħ il-kampjonat jieħu biss l-unur, għaliex mhemmx flus involuti. Iċ-champion renjanti, Dean Fuller qal li mis-sena għall-oħra dan il-kampjonat qiegħed jiġbed aktar attenzjoni lejh, u kulħadd sar qiesu familja waħda.

Dan il-kampjonat jibda f’Mejju u jibqa’ sejjer s’Ottubru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-Sibt 27 ta’ Lulju, fil-kumpless Badger Karting f’Ta Qali, il-Karting Club Malta organizza ir-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting sponsorjat minn Bupa. Il-fuq minn għoxrin sewwieq ikkompetew f’dan l-avveniment li sar…

Motorsport

Motorsport lokali: tnax-il sewwieq ħadu sehem fit-tieni demolition derby għall-vannijiet organizzata f’Lulju mill-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Sittax-il vettura kienu rreġistraw għall-kompetizzjoni imma erba’ minnhom m’għaddewx mit-testijiet kollha. Id-demolition derby…

Motorsport

Bejn il-Ħamis 11 u s-Sibt 13 ta Lulju, fit-trakka tal-kwart ta’ mil ġie organizzat it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing. Dan ir-rawnd ġie organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija Għad-Drag Racing. Bħal…

Motorsport

Il-Grand Prix Awstraljan ser jibqa’ jsir fuq iċ-ċirkwit t’Albert Park minn tal-inqas sal-2025. Dan iċ-ċirkwit dejjem kien l-ewwel wieħed li jiftaħ l-istaġun tal-Formula 1 sa mill-1996, biss fl-aħħar xhur kien…

Aktar