Jibda l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Għada l-Ġimgħa jingħata bidu għall-kampjonat BOV tal-ewwel Diviżjoni bl-ewwel żewġ teamijiet li se jiftħu l-kampjonat ikunu Msida SJ u St George’s li se jaffrontaw lil xulxin fil-Luxol Stadium.

Il-programm sħiħ tal-ewwel ġurnata tal-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni hu dan:

Il-Ġimgħa fil-Luxol Stadium jilgħabu Msida SJ – St George’s fis-19.30.

Is-Sibt fis-Centenary Stadium Vittoriosa S – Gżira United fl-16:00 u wara Fgura Utd – St. Andrews fis-18:00

Il-Ħadd fis-Centenary Stadium Rabat A – Mqabba fl-16:00 u Melita – Pembroke A fis-18:00.

Il-Ħadd ukoll fil-Victor Tedesco Stadium Gudja Utd – Bbugia SP fl-16:00 u Zurrieq – Lija A fis-18:15

Kampjonat BOV Premier

U fi tmiem il-ġimgħa jitkompla wkoll il-kampjonat tal-Premier wara l-waqfa tal-impenji tat-team nazzjonali malti bl-iktar konfronti mistennija huma d-derby bejn Mosta u Naxxar li jintlgħab f’Ta Qali is-Sibt fis-sitta ta’ filgħaxija u l-konfront Valletta Hiberians skedat għall-Ħadd fl-istadium Nazzjonali fis-sitta ta’ filgħaxija wkoll.

Intant il-logħba tal-Ħadd Żebbug kontra Tarxien se tkun qed tixxandar live fuq TVM2 fl-4pm.

 

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Bejn illejla u nhar il-Ħadd li ġej tintlagħab it-tieni ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier. Wara diversi riżultati interessanti fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat, hemm timijiet li għadhom jissieltu għall-ewwel punti fil-klassifika, filwaqt li…

UEFA Europa League: 3 Round Floriana…………2 Flora Tallinn…..4 Floriana raw il-ħolma tagħhom li jsiru l-ewwel team Malti li jgħaddi għall-play-offs tal-UEFA Europa League tisfuma meta wara wirja qalbenija li rathom…

L-ex captain ta’ Floriana Clyde Borg ingħaqad ma’ Gżira United. Borg iffirma kuntratt ta’ sena mal-Maroons. Clyde Borg għandu 28 sena u fil-karriera tiegħu lagħab aktar minn 200 partita ma’…

Il-protokoll mediku implimentat fil-Kampjonat BOV Premier u fiċ-Challenge League, mhux se jkun l-istess bħal dak implimentat għal-livelli ‘amateur and grassroots.’ TVMSport jinsab infurmat li l-Awtoritajiet tas-Saħħa qegħdin iqisu dan il-livell…

Aktar