Futbol internazzjonali
Jibdew l-investigazzjonijiet forensiċi dwar il-mewt ta’ Maradona

Bdew investigazzjonijiet forensiċi biex jistabbilixxu l-kawża tal-mewt ta’ Diego Armando Maradona.

Il-familja Maradona bdew proċeduri li fih talbu l-files personali tal-leġġenda li kellu t-tabib personali tiegħu u l-psikjatra.

Maradona kellu battalji kbar f’ħajtu biex jiġġieled il-vizzjijiet koroh li kellu kontra d-droga u l-alkoħol.

Hu miet il-ġimgħa li għaddiet kawża ta’ attakk ta’ qalbu u qtugħ ta’ nifs kbir fl-etàta’ 60 sena.

Il-Prosekuturi bdew jinvestigaw jekk kienx hemm prattiċi ħżiena li kkważaw il-mewt tal-leġġenda.

Miktub minn...
TVM Sport