Futbol lokali
Jikber l-interess fil-BOV ePremier League.. taqtiegħa ħarxa għat-titlu

It-taqtiegħa tkompli tiħrax fil-BOV ePremier League b’Match Day 3 tkompli tara teamijiet bħal Ħamrun Spartans, Santa Lucia u Floriana kollha f’taqtiegħa għar-rebħ tat-titlu.

Dan il-kampjonat Malta BOV ePremier League bejn l-erbatax-il team mill-Kampjonat Premier beda ġimgħatejn ilu bil-players jilgħabu darbtejn kontra xulxin bi premijiet sbieħ ta’ flus jistennew lir-rebbieħ ta’ dan il-kampjonat fl-introduzzjoni tiegħu.

Il-fazi tan-Knock Out issir fl-MFCC waqt il-Kampjonati Robotiċi ta’ Malta fl-aħħar ta’ Marzu li ġej.

Lura għall-kampjonat bir-rizultati tal-bieraħ jinkludu bilanċ assolut bejn Sliema Wanderers u Hibernians f’zewġ draws bejniethom, faċilment Valletta għelbu lil Sirens tlieta u erbgħa b’xejn, rebħa doppja ukoll għal Floriana fuq Mosta.

Fil-klassifika Santa Lucia fuq quddiem bi tnejn u tletin punt, Ħamrun tmienja u għoxrin, Floriana erbgħa u għoxrin punt, qabel it-trio ta’ Hibernians, Valletta u Balzan bi tlieta u għoxrin punt.

Match Day Four nhar il-Ħamis fis-sitta ta’ filghaxija fit-Trophies Lounge, Millenium Stand.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Il-Ġimgħa ttelgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Il-Poloz irriżultaw hekk: İstanbul Başakşehir (TUR) – Copenhagen (DEN) Olympiacos (GRE) – Wolves (ENG) Rangers (SCO) – Leverkusen (GER) Wolfsburg (GER)…

Futbol lokali

Fi tmiem il-ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun 2019/20. F’Konferenza stampa organizzata mill-MFA tkellmu l-kowċis u l-uffiċjali tat-tmien teams li se jkunu nvoluti fl-erba’ logħbiet…

Futbol lokali

L-Avukat Angelo Chetcuti huwa d-delegat tal-UEFA tal-ewwel leg tal-kwarti tal-finali tal-partita tal-lejla fi Franza bejn Lyon u Juventus. Chetcuti hu s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Football Association u ilu fil-kariga mill-2016 b’deċiżjoni…

Futbol lokali

Ħdax -il player mill-Kampjonat BOV Premier ġew sospiżi logħba mill-kummissarju tad-dixxiplina tal-MFA wara l-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-players li ġew sospiżi logħba huma dawn: Nenad Sljivic (Balzan) Matthew Guillaumier (Birkirkara) Enrico…

Aktar