Sport Lokali
Jiltaqa’ l-bord konsultattiv dwar l-entità tal-integrità fl-isport

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima illum laqqa’ għall-ewwel darba l-bord konsultattiv dwar l-entitá ġdida li se tkun qiegħda tiġġieled favur l-integrita’ tal-isport lokali.

Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima saħaq li l-għan ewlieni tal-Gvern huwa li l-atleti u l-plejers jirbħu u jeċċellaw fl-ogħla livell waqt li jaġixxu u jikkompetu b’mod li jirrifletti l-valuri tal-qalba sportiva, jiġifieri li tilgħab ġust u tirbaħ nadif.

“Il-korruzzjoni u d-doping huma kontra l-etika u l-ispirtu tal-isport u ma għandhom l-ebda post fis-soċjetà Maltija. Hija meħtieġa politika ta’ tolleranza żero għal kwalunkwe azzjoni li tkisser ir-reputazzjoni tal-isport u ddgħajjef il-valur tiegħu,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Grima.

Din l-entitá, li se tkun l-ewwel tax-xorti tagħha, se tkun responsabbli mill-integrità wiesg]a’ tal-isport kollu lokali. Fiċ-ċentru tal-ħidma ta’ din l-entitá se jkun hemm il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-manipulazzjoni ta’ logħob u d-doping f’Malta.

L-akbar sfida f’dan il-proċess huwa li l-ġlieda fil-korruzzjoni tal-isport timxi lil hinn minn sempliċiment futbol u tibda tinkludi wkoll id-doping li hi mifruxa sew fl-isport. L-entitá se tkun responsabbli minn diversi programmi edukattivi sabiex jedukaw u jbiegħdu l-pubbliku minn prattiċi illeċiti u oħrajn li jafu jkunu ta’ detriment għas-saħħa pubblika.

L-għan ewlieni tal-bord konsultattiv hu li jinħoloq pjan strateġiku għall-formazzjoni ta’ din l-entitá, li tidentifika r-responsabbiltajiet u l-għanijiet ewlenin tal-entitá kemm fl-oqsma ta’ kontra d-doping kif ukoll kontra l-iffissar tal-logħob, li tipproponi struttura għall-entitaá u li tipprepara l-leġiżlazzjoni meħtieġa flimkien mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Il-mudell li addotaw il-Finlandja qiegħed iservi bħala punt ta’ referenza għall-konsulenti Maltin.

Din l-entitá se tiġi fformulata fuq provediment ċar li kien iddaħħal fil-liġi tal-korruzzjoni fl-isport li l-Gvern fassal fl-2017 u hi mistennija li tibda topera minn Jannar 2021. Iċ-Chairman tal-Board konsultattiv se jknu l-Avukat Chris Bonett ex Viċi President tal-MFA u ex Uffiċjal tal-Integrita’ tal-UEFA.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Regatta

Il-41 edizzjoni tar-Regatta ta’ Jum il-Ħelsien illum ma setgħatx issir hekk kif is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż ma’ ħallietx alternattiva oħra lill-Għaqda Regatta Nazzjonali li tikkanċella l-edizzjoni ta’ din is-sena. Fil-bidu meta…

Hockey

Il-Hockey Association of Malta (HAM) għadha kemm iffirmat ftehim ta’ 18 -il xahar mal-Club Olandiż ta’ HC Schiedam. Dan il-proġett hu parti mill-inizjattiva tal-European Hockey Federation (EFH) u l-Federazzjoni Nazzjonali tal-Hockey…

Għawm

Iċ-Champion Olimpika t-taljana Federica Pellegrini qalet li se tkun qed tikkontribwixxi hi wkoll kif tista’ għal dawk fil-bżonn li ġew affetwati bil-COVID-19 fl-Italja. Pellegrini qalet li se tkun qed titfa’…

Rugby

Daqqa ta’ ħarta kbira għar-rugby fl-Istati Uniti, wara li l-assoċjazzjoni ġiet iddikjarata falluta. L-Assoċjazzjoni tar-Rugby qalet li r-restrizzjonijiet finanzjarji li komplew jagħfsu bil-pandemija tal-coronavirus għamluha impossibbli li jsalvaw. Il-bord tad-diretturi…

Aktar