Sport Lokali
Jiltaqgħu l-erba’ Presidenti fl-istorja tal-Għaqda Ġurnalisti Sports

Il-Ħamis 9 ta’ Novembru kienet ġurnata speċjali għall-Għaqda Ġurnalisti Sports hekk kif kienet organizzata quddiesa ta’ ringrazzjament fil-knisja tal-Omm tal-Parir it-Tajjeb f’San Ġiljan.

Il-Quddiesa kienet iċċelebrata mill-ewwel President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports Fr Hilary Tagliaferro, u kienet offruta għal ruħ il-membri kollha tal-Għaqda li ħallew din id-dinja.

L-Okkażjoni kienet waħda speċjali wkoll hekk kif għall-ewwel darba sa mill-bidla tal-aħħar President tal-Għaqda Ġurnalisti Sports iltaqgħu għar-ritratt tal-okażjoni it-tliet Presidenti preċedenti Fr Hilary Tagliaferro, Henry Calleja, Chares Camenzuli, u Sandro Micallef il-President attwali tal-Għaqda Ġurnalisti Sports.

Fr Hilary Tagliaferro u Henry Calleja kienu wkoll ppreżentati b’mod uffiċjali plakka kommemorattiva tal-okkażjoni bħala Presidenti Onorarji.

Miktub minn...
Sandro Micallef
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm Sports Panorama.
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: William Chetcuti fi tmiem il-ġimgħa rebaħ it-tieni edizzjoni tal-Kompetizzjoni Trap Handicap. Fit-tieini post spiċċa John Marmara u fit-tielet post Christopher Vella. Il-kompetizzjoni kienet organizzata mill-Federazzjoni Maltija tal-Isparar. Il-Komeptizzjoni li…

Motorsport

Il-Ħamis 13 ta’ Diċembru saret attività fil-parkeġġ ta’ Pembroke bl-isem ta’ Motorfest. L-attività ġiet organizzata mis-Sinjura Susanne Fenech u s-Sur Gilbert Abela flimkien ma’ tim ta’ voluntiera oħra u permezz…

Ibburdjar

Id-duo magħmul minn David Latham u Philippe Falle fuq il-jott Pronavia 38, Seawolf rebħu it-tellieqa Raymarine Double Handed Figure of Eight, tellieqa annwali  organizzata mir-Royal Malta Yacht Club. Flotta ta’…

Aktar