Għawm
Jingħata bidu għall-Kampjonati Ewropej tal-LEN għall-Għawm Artistiku

Ilbieraħ ingħata bidu għall-Kampjonati Ewropej tal-LEN għall-Għawm Artistiku fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

Ilbieraħ inbeda r-rawnd preliminari tad-Duet Free, f’Kampjonati Ewropej ospitati mill-Assoċjazzjoni tal-Isport Akwatiku Maltija.

B’kollox ħadu sehem 18-il pajjiż, bl-ewwel tnax jaslu għar-rawnd finali.

Davida Bonanno u Valentina Marchi rrappreżentaw lil pajjiżna billi esegwew il-kanzunetta ‘United We Fall, United We Stand,’ tal-grupp Two Steps from Hell. Il-kowċ tat-tfajliet Maltin hija Michelle Hubner mgħejjuna minn Hannah Preca Trapani.

Dalgħodu qed isiru l-kompetizzjonijiet tad-Duet Tech u Mixed Duet Tech, filwaqt li waranofsinhar ser isiru s-Duet Free u Mixed Duet Free Finals.

Min irid isegwi l-kompetizzjonijiet jista’ jagħfas fuq din il-ħolqa – https://www.dailymotion.com/video/x821vs2

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA