Futbol lokali
Jinħass mill-ewwel l-effett Steve Damato, Senglea jirbħu lil Naxxar Lions

KAMPJONAT TAL-EWWEL DIVIŻJONI 2016/17

Naxxar Lions ……2

Senglea Athletic…3

Wara erba’ logħbiet mingħajr rebħa Senglea Athletic irritornaw għar-rebħ taħt it-tmexxija tal-kowċ il-ġdid tagħhom Steve Damato, sabiex b’hekk il-kowċ ex Ħamrun jibda bil-kbir f’din id-Diviżjoni u jqawwi qalb is-Sengleani li jibqgħu jippruvaw għall-promozjoni fil-Premier.

Rebħa ta’ Senglea ta’ 3-2 fuq il-leaders Naxxar Lions li kellhom oportunita’ kbira li jlkabbru l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika.

Mhux kollox ward u żgħar għal Damto li jrid żgur jirranġa d-difiża għal-kumplament tal-istaġun. Interessanti kien il-fatt li l-eks player coach Pablo Doffo beda mal-ewwel 11 xorta u kellu logħba tajba.

11min Xutt minn tarf il-kaxxa ta’ Terrence Vella għal Senglea ballun żbrixx barra.

26min Cross ta’ Christian Cassar lejn Austin Obaje Smith li b’saħħa dar mad-difensuri ċentrali li għeleb lil Omar Borg li pprova jsalva minn tulu iżda  l-ballun baqa’ dieħel 1-0.

29min Daqqa ta’ ras ta’ Keith Tanti wara free kick għal Senglea ballun jgħaddi ftit barra.

36min Naxxar Lions iġibu d-draw wara long ball lejn Duane Bonnici b’xutt mill-viċin għeleb lil goalkeeper Farrugia għal 1-1.

39min Id-Difiża ta’ Senglea maqbuda fuq sieq waħda għat-tieni darba fi tliet minuti meta fuq il-ġirja bid-difensuri warajħ avvanza u xxuttja għal ġox-xibka fil-baxx għal 2-1.

43 min Azzjoni tajba għal Senglea b’azzjoni mil-lemin tal-attakk, xut ta’ Dalli imblukkatt mid-difiża bil-ballun jispiċċa għand Cassar li xuttja ftit barra.

49min Senglea fetħu bil-kbir fit-tieni taqsima hekk kif Terrence Vella għadda tajjeb mal-linja tal-lemin u b’shot cross ra l-ballun dieħel fix-xibka b’tap in ta’ Austin Obaje għad-draw momentarju ta’ 2-2.

79min  Senglea marru minn fuq b’goal ta’ Ryan Dalli għall-vantaġġ 3-2 li baqa’ r-riżultat finali sa tmiem il-logħba.

Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 SLIEMA WDS…….3 BIRKIRKARA…….0 Kemm Sliema Wanderers kif ukoll Birkirkara kienu ġejjin minn telfiet fl-aħħar ħarġa tagħhom fejn il-Blues sfaw mgħeluba minn Tarxien filwaqt li l-Istripes tilfu…

Futbol lokali

KAMPJONAT BOV PREMIER 2017/18 GŻIRA UTD……….4 ĦAMRUN SP………0 Quddiem attendenza tajba fil ground taċ-ċentinarju, Gzira Utd żammew l-ewwel post u l’unbeaten record tagħhom b’rebħa ta’ 3-0 fuq Ħamrun Spartans, bi…

Futbol lokali

Qormi Hotspurs u San Ġiljan Saints komplew bil-bidu pożittiv meta rebħu t-tieni partita konsekuttiva tagħhom sabiex baqgħu ras imb’ras fl-ewwel post tal-klassifika tat-Tieni Diviżjoni. Wara dan it-tieni rawnd ta’ logħob…

Futbol lokali, Futsal

Il-Komunita’ tal-football speċjalment dik taż-Żurrieq tinsab ixxukjata bil-mewt ħabta u sabta ta’ Leonard Zammit li kien jilgħab ma’ Żurrieq FC u ma’ Kirkop United rispettivament. Hu kien jilgħab ukoll il-Futsal…

Aktar