Local Sports
Jinħatar il-Bord ta’ SportMalta

Inħatru l-membri ġodda tal-Bord ta’ SportMalta.

Iċ-Chairman Dr Luciano Busuttil u s-Segretarju Joe Cassar baqgħu fl-istess kariga.

Jesmond Abela nħatar Viċi Chairman waqt li l-membri huma Charlene Attard, Keith Bartolo, Alfred Cachia, Mark Marlow, Keith Perry, Julian Pace Bonello u Anna Calleja.

Il-Bord beda jopera mill-5 ta’ Ottubru u jibqa’ fil-ħatra sat-30 ta’ Settembru 2020.

S’issa għadu mhux magħruf min se jservi fil-kariga ta’ Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta, hekk kif Mark Cutajar jidher li mhux se jkompli u huwa mifhum li ressaq ir-riżenja tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Fi tmiem il-ġimgħa, fis-7 u t-8 ta’ Ottubru ġie organizzat l-FISTF Major tal-Italja f’San Benedetto del Tronto.  Għal dan it-tournament internazzjonali, kienu preżenti plejers Maltin u tat-tim Malti, Valletta Subbuteo…

Local Sports

Illum jerġa’ jibda Sports Panorama, il-programm li jagħti ħarsa estensiva lejn l-isport u d-dixxipplini sportivi kollha. Fil-programm tal-lum, il-mistiedna se jkunu Joe Cassar, Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku Malti; Jesmond Caruana,…

Local Sports

L-All Ages Netball Club organizza training camp fuq jumejn għall-plejers tiegħu bi preparazzjoni għall-istaġun 2017/2018. Din is-sena Ms Ashley Taylor, kowċ tat-tim tal-U17 tal-Manchester Thunder, mexxiet it-training camp. Programm, li…

Local Sports

Baseball: It-tieni rebħa l-bieraħ għat-tim Ġermaniż li qed jilgħab sensiela ta’ tliet logħbiet kontra selezzjoni Maltija imsejħa Malta Heat. Rebħa għat-team Ġermaniż bl-isem ta’ Team Australia ta’ 19-6. It-tim Ġermaniż…

Aktar