Olimpijadi TOKYO 2020
Jinqabad min kien qed ibiegħ il-midalji foloz tal-Olimpijadi

Olimpijadi ta’ Tokjo: Il-Pulizija ta’ Tokjo arrestat raġel li ilha tiġri warajh kważi sena u se tressqu l-Qorti talli dan xtara u beda jbiegħ midalji foloz tal-Olimpijadi ta’ Tokjo u tal-Paralimpijadi.

Ir-Raġel Kiyoyuki Wada ta’ 54 sena se jkun akkużat li kiser l-att dwar it-Trademark. Hu allegatament kien diġa biegħ 63 midalja mhux oriġinali u daħħal ‘il fuq minn €5,000.

Jidher li r-raġel Ġappuniż kien qed jixtri dawn il-midalji miċ-Ċina. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kien infurmat b’dan kollu.

 

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

F’Tokjo, jitneħħew iċ-ċrieki li kienu jiffurmaw l-Monument Olimpiku għall-manutenzjoni. Dan il-monument jinsab f’Tokyo Bay u sar apposta għaliex matul dan is-sajf din il-belt Ċiniża suppost kienet qiegħda tospita l-Olimpjadi. Filwaqt…

Il-Qatar illum għamluha uffiċjali li jinsabu interessati li jospitaw l-edizzjoni tal-Olimpjadi tal-2032. Il-Qatar se jospitaw l-edizzjoni li jmiss 2022 tat-Tazza tad-Dinja. Il-Kumitat Olimpiku tal-Istat Għarbi qal li tefa’ r-rikjesta mal-Kumitat…

Il-Kumitat Olimpiku tal-Brażil iddeċida li minħabba s-sitwazzjoni xejn feliċi fil-pajjiż minħabba l-COVID-19 se jkunu qed jitolbu lill-ammont ta’ atleti Brażiljani sabiex dawn imorru l-Portugal biex ikomplu t-taħriġ tagħhom għall-Olimpijadi tas-sena…

Aktar