Futbol internazzjonali
Jinstab il-kadavru tal-player Żvizzera Florijana Ismaili

Il-Pulizija taljana kkonfermat li ntsab il-kadavru tat-tfajla Żvizzera Florijana Ismaili li kellha 24 sena.

Ismaili jidher li kienet fuq vakanza f’Como u waqt li kienet fuq dgħajsa qabżet tgħum fix-xmara u ma’ telgħatx fil-wiċċ.

It-tfajla kienet player tal-Football  u captain tat-team tat-nisa ta’ Young Boys fl-Iżvizzera. Hi lagħabet xejn inqas minn 33 darba mat-team nazzjonali ta’ pajjiżha.

Il-kadavru tagħha instab f’fond ta’ 200 metru fix-xmara mill-iskwadri ta’ salvataġġ.

Kemm l-Assoċjazzjoni tal-Football tal-Iżvizzera, il-UEFA u anke l-FIFA esprimew id-dieqa għal din it-traġedja u bagħtu l-kondoljanzi lill-familja tal-player.

Intant diversi players tal-football u atleti professjonali esprimew solidarjeta’ mal-familja Ismaili fuq il-mezzi soċjali.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

L-ex plejer ta’ Manchester City Glyn Pardoe miet fl-età ta’ 73 sena. Pardoe jibqa’ l-aktar debuttant ta’ età żgħira li qatt kellu l-klabb. Hu kien iddebutta f’April tal-1962 fl-età ta’…

Futbol internazzjonali

Yves Jean-Bart, il-President tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-Haiti, ġie sospiż għal 90 ġurnata mill-FIFA wara li ta fastidju lill-plejers tal-futbol femminili u ħajjarhom biex ikollhom x’jaqsmu miegħu sesswalment. Il-FIFA ħadet din id-deċiżjoni…

Futbol internazzjonali

Id-difensur tal-klabb ta’ Morecambe, Chrisitian Mbulu, miet fl-età ta’ 23 sena. L-ex plejer ta’ Motherwell kien beda l-karriera professjonali tiegħu ma’ Millwall u lagħab ukoll ma’ Brentwood, Braintree u Crewe….

Futbol internazzjonali

“Li se nilagħbu f’Anfield u ngħollu t-trofew fi stadium vojt mingħajr partitarji hu stramb ħafna,” qal Jordan Henderson, il-captain ta’ Liverpool. Ir-Reds kienu fil-quċċata tal-klassifika meta twaqqaf l-istaġun u għandhom…

Aktar