Jinstema’ l-appell ta’ Noel Coleiro

RAPPORT SANDRO MICALLEF

Il-bieraħ quddiem il-Board tal-appell tal-MFA instema’ l-appell li għamlu Pieta H fuq is-sospensjoni tal-coach tagħhom Noel Coleiro li weħel sospensjoni ta’ 6 xhur wara xi inċidenti li seħħew wara l-partita Pieta H. kontra Floriana li kienet spiċċat 1-1

Waqt is-smiegħ tal-bieraħ xehedu l-istess Noel Coleiro, Pamela Schembri li kienet id-delegat tal-MFA għal dik il-logħba kif ukoll Dione Borg is-Segretarju ta’ Floriana. Borg min naħa tiegħu xehed li l-player ta’ Floriana Steve Pisani li kellu l-argument mal-coach ta’ Pieta’ ma kellu ebda ġrieħi u ma kellu bżonn ta’ ebda intervent minn tabib jew fiżjoterapista wara l-inċident. Għal Pieta’ H kien qed jidher l-Avukat Anthony Galea. Il-President ta’ Pieta Joe Sammut kien osservatur waqt is-smiegħ.

L-Appell instema’ quddiem iċ-Chairman tal-Board tal-Appelli tal-MFA l-Avukat Ronald Cuschieri. Id-deċiżjoni mistennija l-ġimgħa d-dieħla. TVM Sport jifhem li fl-isfond tad-diversi fatti li issa ġew stabbiliti jidher kważi ċert li s-sospensjoni ta’ Coleiro se titnaqqas drastikament.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.