Sports Internazzjonali
Jinsteraq it-trofew ta’ Geraint Thomas, ir-rebbieħ tat-Tour de France

It-trofew li rebaħ iċ-ċiklist Geraint Thomas spiċċa misruq minn esebizznoni taċ-ċikliżmu li saret f’Birmingham, l-Ingilterra. Dan it-trofew ikunu mogħti lil min jirbaħ it-Tour de France, u Thomas sellfu lill-kumpanija Pinarello li huma sponsors ta’ Team Sky li magħhom jikkompeti Geraint.

Iċ-ċiklist minn Wales kien biss it-tielet wieħed mill-Gran Brittanja li rnexxielu jirbaħ dan it-trofew u f’kummenti li ta lill-media wara l-aħbar kerha, qal li dak it-trofew ifisser ħafna għalih u għat-tim inġenerali. Il-kumpanija Taljana Pinarello, li timmanifattura r-roti li jintużaw minn Team Sky, għamlu l-esebizzjoni f’Birmingham bejn it-28 u t-30 ta’ Settembru li għadda. Jidher li għal xi minuti t-trofew ma kienx mgħasses waqt li kienet qiegħda tiżżarma l-esebizzjoni, u kien f’dak il-mument li nsteraq. Geraint Thomas qal li għalkemm fl-aħħar mill-aħħar huma l-memorji ta’ sajf indimentikabbli li jibqgħu, saħaq li t-trofew għalih ifisser ħafna u tkun xi ħaġa sabiħa li min serqu jirritornah lura.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Lewis Hamilton għandu l-ewwel ċans reali li jagħmel tiegħi  l-ħames titlu mondjali tal-Formula wieħed  hekk kif għada nassistu għal Grand Prix tal-Istati Uniti. Bħalissa Hamilton jinsab sebgħa u sittin punt…

Formula 1

 Is-sewwieq Ġermaniż tal-Ferrari Sebastian Vettel jista’ jkun ser itellaq l-aħħar staġun mat-tim tal-Ferrari jekk kemm-il darba ma jirbaħx l-istaġun li ġej. Għat-tieni sena konsekuttiva Vettel ra l-kampjonat jaħrablu minn idejh,…

Sports Internazzjonali

Il-Franċiż Jeremy Flores kellu ġurnata xejn sabiħa fil-ġurnata tal-Ħamis, meta waqt il-kompetizzjoni tas-surfing huwa spiċċa maqlub b’mewġa. Il-kompetizzjoni kienet qiegħda ssir fil-villaġġ Portugiż ta’ Peniche, b’Flores jispiċċa rasu ‘l isfel…

Sports Internazzjonali

Ilbieraħ ġiet fi tmiemha t-tielet edizzjoni tal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ fi Buenos Aires. Iċ-ċerimonja li ħadet madwar tliet kwarti ċċelebrat il-parteċipazzjoni ta’ 4,000 atleta minn aktar minn 200 pajjiż differenti. Kienu…

Aktar