Sports Internazzjonali
Jintefgħu biss żewġ nomini għall-Olimpjadi tax-Xitwa 2026

Illum intefgħu żewġ nomini, waħda ta’ Stokkolma u l-oħra konġunta bejn il-bliet ta’ Milan u Cortina D’Ampezzo sabiex jospitaw l-Olimpjadi tax-Xitwa 2026. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kważi għaddej minn kriżi wara li għall-ewwel darba, kienu biss żewġ nomini li ntefgħu sabiex jospitaw l-Olimpjadi, u minħabba f’hekk il-Kumitat iddeċieda li joħroġ programm u regolamenti ġodda sabiex fis-snin li ġejjin aktar bliet jitħajru jitfgħu n-nomina tagħhom.

Iż-żewġ nomini kienu mdawra mas-sostenibilità, mhux biss waqt l-Olimpjadi imma anke wara, tant li l-bliet ta’ Milan u Cortina D’Ampezzo saħqu li 93% tal-postijiet li ser jintużaw fl-Olimpjadi, jew diġa’ huma eżistenti jew inkella ser ikunu temporanji. Anke n-nomina ta’ Stokkolma kienet imsejsa fuq il-fatt li l-belt u l-pajjiż Żvediż setgħu jkunu ideali biex jospitaw l-Olimpjadi.

Ir-rebbieħ u fejn ser isiru l-Olimpjadi tax-Xitwa 2026 isiru magħrufa s-sena d-dieħla.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-mara tal-ex champion tal-Formula 1 Michael Schumacher tkellmet dwar is-saħħa ta’ żewġha u f’kummenti li tat waqt intervista reġgħet xegħlet it-tama li s-sewwieq Ġermaniż jista’ jkun li qiegħed jirkupra tajjeb….

Sports Internazzjonali

Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau ħareġ jiċċelebra flimkien ma’ 2 miljun ruħ għar-rebħ tal-NBA mit-Toronto Raptors. Skont il-Prim Ministru Kanadiż, din ma kenitx biss rebħa ta’ tim, imma rebħa ta’…

Sports Internazzjonali

Skont il-magazine Forbes, Lionel Messi hu l-aktar sportiv li qala’ flus tul is-sena li għaddiet. Messi, li skurja 36 gowl u għen lil Barcelona jirbħu l-kampjonat, matul is-sena li għaddiet…

Sports Internazzjonali

Danilo Petrucci rebaħ għall-ewwel darba tiġrija tal-Moto GP quddiem il-pubbliku tiegħu stess dan wara li kiseb l-ewwel post fil-Grand Prix ta’ Mugello. Is-sewwieq ta’ 28 sena li beda mit-tielet post…

Aktar