Motorsport
Jintgħażlu 28 sewwieqa għall-fażi li jmiss tad-W Series

It-Tnejn, 28 sewwieqa kienu magħżula sabiex jgħaddu għall-fażi li jmiss tad-W Series, il-kompetizzjoni l-ġdida tan-nisa fil-motorsport. L-għan ewlieni ta’ din il-kompetizzjoni hija li aktar nisa jiżviluppaw ħiliet sabiex jikkompetu f’kompetizzjonijiet bħall-Formula 1.

Kienu 100 sewwieqa li applikaw għal din id-W Series, bil-Gran Brittanja tkun l-aktar pajjiż li għandha sewwieqa fil-fażi li jmiss, ħamsa. Mill-100 li applikaw, in-numru niżel għall-54 fl-ewwel taħriġ li sar, u f’Melk, dawn il-kompetituri kellhom jimpressjonaw ġurija li kienet tinkludi lil David Coulthard, Alexander Wurz kif ukoll Lyn St James.

It-28 sewwieqa li ntgħażlu ser jieħdu sehem f’kamp t’erbat ijiem taħriġ f’Almeria, fi Spanja, fejn ser ikunu qegħdin isuqu karozzi ta’ Formula 3, fejn imbagħad jintgħażlu 18 kif ukoll jintgħażlu żewġ sewwieqa oħra riserva.

L-ewwel tellieqa uffiċjali mistennija ssir f’Hockenheim, il-Ġermanja, fit-3 ta’ Mejju li ġej.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Sports Internazzjonali

Ir-Russu Daniil Medvedev irnexxielu jirbaħ il-Masters 1000 f’Cincinnati dan wara li fil-finali huwa għeleb lil David Goffin bil-punteġġ ta’ 7-6, 6-4. Medvedev salva żewġ break points hekk kif kien qed…

Formula 1

Il-Grand Prix tal-Messiku ser jibqa’ fil-kalendarju tal-Formula 1 għat-tliet snin illi ġejjin wara li kien iffirmat kuntratt ġdid. L-isem tat-tellieqa ser jinbidel għal Mexico City Grand Prix mis-sena d-dieħla, fejn…

Sports Internazzjonali

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali mmexxi mill-President Thomas Bach irreġistra tilwima mal-CONI l-Kumitat Olimpiku taljan hekk kif il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed jinsisti li l-CONI jindirizza flimkien mal-Gvern taljan is-sitt punti li qed…

Sports Internazzjonali

Aaron Zang, businessman Ċiniż, rebaħ it-tournament tal-poker li sar fl-Ingilterra li fih ħadu sehem 54 plejer. Kull parteċipant kellu jħallas €1.10 miljuni biex jieħu sehem u r-rebħa taċ-Ċiniż kienet pjuttost…

Aktar