Bowling
Jintlagħbu s-singles fil-Kampjonati tal-Mediterran tal-Bowling

Matul dawn il-jiem, Team Malta tal-bowling jinsab fi Franza sabiex jikkompeti fil-Kampjonati tal-Mediterran. Matul il-ġurnata tal-bieraħ kien hemm il-kompetizzjonijiet tas-singles.

Fil-kategorija tan-nisa ħadu sehem b’kollox 25 mara. Sue Abela u Cynthia Frendo Duca temmew wara xulxin, fid-9 u l-10 post rispettivament. Abela temmet b’1154 pin filwaqt li Frendo Duca ġabet pin inqas, 1153.

Il-midalja tad-deheb intrebħet mill-Iżraelita Tali Itzhak Abdu, filwaqt li l-fidda kienet mirbuħa mill-Griega Georgia Segona. Alexandra Lopes D’Andrade ta’ Franza rebħet il-bronż.

Fil-kategorija tal-irġiel ħadu sehem 28 raġel. Matthew Magro kien ir-raba fl-aħħar ħinijiet tal-logħba, imma finalment temm fis-7 post b’207 pins. Hua kien 23 pins ‘il bogħod minn Paulo Lopes tal-Portugall li temm fit-tielet post u rebaħ il-bronż.

It-Taljan Walter Alessandro Santu rebaħ id-deheb filwaqt li l-Grieg Konstantinos Kitsos rebaħ il-fidda. F’din il-kompetizzjoni ħa sehem ukoll iż-żagħżugħ Kayden Laganà li temm fis-16-il post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA