Sparar
Jirbaħ Marcello Attard u rekord nazzjonali minn Clive Farrugia

Marcello Attard rebaħ it-3rd Skeet Selection Shoot li saret bejn il-bieraħ u llum. Attard spiċċa quddiem Clive Farrugia b’Belinio Attard jispiċċa fit-tielet post.

Iżda l-eroj tal-ġurnata kien Clive Farrugia li waqt ir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni kiser ir-rekord nazzjonali hekk kif huwa għamel erbgħa straights ta’ 25 u 24 minn 25 għal total ta’ 124 minn 125 plattina.

B’dan ir-riżultat Farrugia kiseb id-dritt li jmur Ċipru sabiex jirrapreżenta lil Malta fit-Tazza tad-Dinja Shotgun tal-ISSF.

 

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra
Sparar

Sparar: William Chetcuti rebaħ it-tieni Kompetizzjoni Trap Selection, li ġiet organizzata fuq jumejn fil-Malta National Shooting Ranges, fis-Siġġiewi. Brian Galea spiċċa fit-tieni post, waqt li Emmanuel Bugeja irnexxielu jikseb it-tielet…

Sparar

Target Shooting: Eleanor Bezzina rebħet il-Christmas Shoot 2019 li saret fil-Larry Vella indoor range fil-Bidnija organizzata mill-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club. Il-kompetituri sparaw sitt sets ta’ għaxar tiri…

Sparar

It-tiratrur veteran Michael Galea temm b’suċċess it-tielet edizzjoni tal-Kompetizzjoni Trap Handicap organizzata fix-Shooting Range Nazzjonali. Din il-kompetizzjoni saret ferm popolari mad-dilettanti tal-isparar għaliex tagħti ċans lil tiraturi li jġibu skor…

Sparar

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Malta Air Rifle and Pistol Shooting Club organizzaw ir-raba’ kompetizzjoni al-kampjonat Nazzjonali 2019-2020 fid-dixxiplina Air Pistol 10m fil-Larry Vella Hall Indoor Range fil-Bidnija. It-tiraturi kellhom…

Aktar