Sports Internazzjonali
Jirnexxilek tagħmel juggling għal 10 darbiet b’roll tat-toilet paper?

Atleti madwar id-dinja qed jagħmlu l-isfida tat-’10 touch-challenge.’ Permezz ta’ roll toilet paper, persuna trid tagħmel juggling għal 10 darbiet, u dan bħala mezz ta’ żvog waqt li ħafna jinsabu f’lockdown jew kwarantina.

Biss hemm minn mar pass aktar minn hekk, għax il-juggling bir-roll tat-toilet paper għamlu b’għajnejh magħluqa. L-internazzjonali Spanjol Oliver Torres għatta għajnejh qabel beda l-isfida, u b’abilità liema bħalha rnexxilu jżomm ir-roll tat-toilet paper fuq saqajh mingħajr ma jwaqqgħu. Torres jilgħab ma’ Sevilla, imma bħalissa jinsab f’lockdown bħalma jinsabu l-bqija tal-Ispanjoli.

Jekk jirnexxilek tagħmel l-isfida, kemm b’għajnejk mikxufa jew mgħottija, tinsix ittella’ video fuq il-media soċjali.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-Gvern tal-Awstrija ta l-permess biex isiru t-tlielaq tal-Grand Prix tal-Formula 1 fil-pajjiż f’Lulju li ġej. It-tlielaq huma skedati għal bejn il-5 u t-12 ta’ Lulju u jsiru mingħajr partitarji fiċ-ċirkwit…

Sports Internazzjonali

Skond il-magazine influenti Forbes it-Tennista Żvizzeru Roger Federer tul is-sena 2019 qala’ €95 miljun u tela’ fil-quċċata tal-lista bħala l-iktar sportiv li qala’ flus. Minn dawn il-€95 miljun kważi €90…

Sports Internazzjonali

Iċ-champion dinji Magnus Carlsen rebaħ l-ewwel logħba minn tlieta fis-semifinali tal-Lindores Abbey Rapid Challenge. Kontra l-Amerikan Hikaru Nakamura, in-Norveġiż ma tantx kellu problemi biex jirbaħ il-logħba u issa hemm stennija…

Aktar