Futbol internazzjonali
Jirritorna l-futbol fil-Brażil fost kontroversji kbar

Il-futbol Brażiljan irritorna wara waqfa ta’ tliet xhur minħabba l-pandemija tal-Covid-19. Fl-istat ta’ Rio de Janeiro, Flamengo għelbu lil Bangu bl-iskor ta’ 3-0 fil-Maracana li kien vojt għaliex il-logħba ntlagħbet bil-bibien magħluqa.

Il-logħba tal-Ħamis bdiet wara li ż-żewġ timijiet waslu fl-Istadium milqugħa minn numru żgħir ta’ partitarji u fosthom kien hemm min kien qed jipprotesta kontra l-President tal-pajjiż. Il-protesti saru għaliex ċertu partitarji bdew jgħidu li l-futbol irritorna kmieni wisq fil-Brażil, u li l-President moħħu biss fl-ekonomija u mhux mill-ħajja tan-nies. Sa ftit tal-jiem ilu, il-grawnds qrib il-Maracana nbidlu fi sptarijiet temporanji biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-Covid-19.

U mhumiex biss ċertu partitarji li mhux jaqblu mar-ritorn tal-futbol, għaliex it-timijiet ta’ Botafogo u Fluminense diġà għamluha ċara li fi tmiem il-ġimgħa mhux ser ikunu qed jinżlu għal-logħob. Il-Brażil huwa t-tieni l-aktar pajjiż fid-dinja, wara l-Istati Uniti li fih mietu nies minħabba l-Covid-19. Matul il-ġurnata tal-Ħamis mietu 1,238 persuna, bit-total jitla’ għal 47,748.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar