Snooker
Jirritorna l-Isnookner fl-Ingilterra. L-ewwel avveniment jibda fl-1 ta’ Ġunju

L-Isnooker fl-Ingilterra se jirritorna fl-1 ta’ Ġunju bl-avveniment Champions League 2020 li se jsir fil-Marshall Arena f’Milton Keynes.

It-Tournament mistenni jkollu l-parteċipazzjoni ta’ 64 player inkluż iċ-Champion tad-Dinja Judd Trump.

Għat-Tournament li mistenni jintemm fil-11 ta’ Ġunju se jkunu qed jittieħdu diversi miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-virus COVID-19 fosthom li kull player, staff, referees u kuntratturi se jkunu qed tittieħdilhom it-temperatura kuljum u fil-bdu tat-Tournament iridu jkunu ttestjati għall-virus.

Il-Marshall Arena ntgħażlet għaliex il-players jistgħu jkunu akkomodati fil-kmamar tal-kumpless innifsu. Mhux se jitħallew jattendu spettaturi.

Il-fond globali ta’ premijiet ta’ dan it-Tournament hu ta’ €220,000, bir-rebbieħ jieħu €33,000 u jassigura post fit-Tournament prestiġjuż ta’ Novembru Champion of Champions.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Snooker

Mark Allen ikkwalifika għall-finali tat-Tour Championship meta fis-semifinali għeleb lil Mark Selby 9 frames għal 2. It-tournament qed jintlagħab fil-Marshall Arena, f’Milton Keynes. Il-plejer mill-Irlanda ta’ Fuq mar 6 frames…

Snooker

Shaun Murphy tilef 9 frames għal 8 kontra Mark Allen fil-kwarti tal-finali tat-Tour Championship li qed isir f’Milton Keynes. Iżda l-aktar impressjonanti kien il-fatt li minkejja t-telfa, Murphy irnexxielu jagħmel…

Snooker

Fi stqarrija il-Malta Billiards & Snooker Association (MBSA) qalet li wara li ġew evalwati ċ-ċirkostanzi preżenti fil-pajjiż, iddikjarat li l-Kampjonati kollha fi ħdan l-assoċjazzjoni għall-istaġun 2019/20, ġew dikjarati nulli. L-MBSA…

Aktar