
Fi tmiem il-ġimgħa jirritorna l-Kmapjonat BOV Premier wara l-festi bl-ewwel programm tas-sena.
Żewġ partiti s-Sibt fl-Istadium Nazzjonali, fis-sagħtejn Floriana jiltaqgħu kontra Naxxar Lions, segwita fl-erbgħa mill-partita bejn Qormi u ċ-ċampjins Valletta.
Il-Hadd total ta’ erba logħbiet, fis-sagħtejn fil-Hibernians Stadium, LIVE fuq TVM2 Mosta kontra Birkirkara, warajha l-leaders Hibernians mistennija jkomplu bil-mixja tagħhom meta jiltaqgħu kontra t-tim tal-qiegħ Żebbuġ Rangers.
Il-Ħadd ukoll fil-Victor Tedesco Stadium fil-Ħamrun, fis-sagħtejn Sliema Wanderers jilgħabu kontra Pieta Hotspurs li għalihom jirritorna fuq il-bank il-kowċ Noel Coleiro, warajha fl-erbgħa u kwart Tarxien Rainbows jilgħabu kontra Balzan li se jkunu mingħajr l-akkwisti l-ġodda, Bojan Kaljevic u Terence Agius, hekk kif ir-reġistrazzjoni tagħhom ma tasalx fl-uffiċini tal-MFA qabel nhar it-Tnejn li ġej.
Kampjonat BOV Premier – Programm ta’ tmiem il-ġimgħa
Is-Sibt – Stadium Nazzjonali
2pm – Floriana – Naxxar Lions
4pm – Qormi – Valletta
Il-Ħadd – Hibernians Stadium
2pm – Mosta – Birkirkara (DIRETTA TVM2)
4pm – Hibernians – Żebbuġ R
Il-Ħadd – Victor Tedesco Stadium
2pm – Sliema W – Pieta H
4.15pm – Tarxien R – Balzan
Klassifika – Hibernians 46, Valletta 31, Birkirkara 31, Balzan 22, Floriana 21, Mosta 20, Sliema W 19, Naxxar L 17, Qormi 17, Tarxien R 16, Pieta H 14, Żebbuġ R 9.