Futbol internazzjonali
Jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA

Wara tant stennija, u wara li l-kampjonati domestiċi madwar l-Ewropa twasslu għat-tmiem tagħhom ħafna iktar tard mis-soltu, din il-ġimgħa sa fl-aħħar jirritornaw il-kompetizzjonijiet tal-UEFA għall-clubs li kien ilhom sospiżi minn Marzu minħabba l-kriżi coronavirus.

Mal-bidu mill-ġdid tal-kompetizzjonijiet minn nhar l-Erbgħa, bil-partiti li fadal mir-Round tas-16 tal-UEFA Champions League u Europa League, kull player se jilbes flokk bil-kliem ‘Grazzi’ fil-lingwa tal-pajjiż rispettiv. Dan ser isir bħala ġest u rikonoxximent lejn il-ħaddiema kollha li taw il-kontribut tagħhom fuq quddiem nett tal-ġlieda kontra l-pandemija tal-Covid-19.

Il-President tal-Uefa Aleksander Ceferin qal li filwaqt li jinsab sodisfatt li l-kompetizzjonijiet issa qed jirritornaw, tajjeb li kulħadd iżomm f’moħħu li dan ma kienx ikun possibbli li kieku ma kienx hemm eluf ta’ nies iddedikati li għamlu sagrifiċċji kbar.

TVM2 nhar l-Erbgħa ser ikun qed iwassal il-logħba Inter – Getafe mill-aħħar sittax tal-UEFA Europa League. Din il-logħba ser tinlagħab fuq leg uniku fil-Ġermanja u tibda fid-9:00. Il-Ġimgħa 7 mbagħad dejjem fuq TVM2 tintwera l-logħba Manchester City – Real Madrid mit-tieni leg tal-aħħar sittax taċ-Champions League. Fl-ewwel leg fi Frar li għadda Manchester City kien għelbu lil Real fil-Bernabeu bl-iskor ta’ 2-1. Il-logħbiet kollha jintlagħbu mingħajr spettaturi.

Miktub minn...
Simon Farrugia
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-aħbarijiet sportivi , jirraporta u kummentatur tal-logħbiet mill-Kampjonat Premier, UEFA Champions League u UEFA Europa League
Aħbarijiet Oħra

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

L-attakkant ta’ Barcelona Luis Suarez laħaq ftehim mal-klabb tiegħu biex itemm il-kuntratt tiegħu u jibda wieħed ġdid ma’ Atletico Madrid. Din l-aħbar ħarġu biha l-media Spanjola. Suarez u t-tielet l-aħjar…

Arturo Vidal huwa uffiċjalment plejer ta’ Inter hekk kif il-klabb Taljan laħaq ftehim ma’ Barcelona dwar il-plejer Ċilen. L-aħbar għamluha uffiċjali ż-żewġ klabbs. Inter ħallsu miljun ewro biex iffirmaw lill-midfielder…

Aktar