Futbol internazzjonali
Jista’ jkun li dawn huma l-aħħar ftit xhur ta’ Messi ma’ Barcelona?

Argument fil-miftuħ bejn l-istilla Arġentin Lionel Messi u d-direttur sportiv ta’ Barcelona Eric Abidal. L-argument beda wara li Abidal, li huwa ex-plejer ta’ Barcelona, f’intervista li kellu qal li l-plejers ma kenux qed jilagħbu sew taħt Ernesto Valverde u kien għalhekk li kellu jitneħħa. Abidal donnu tefa’ l-ħtija kollha fuq il-plejers, tant li donnu allega li l-wirjiet diżappuntanti kienu qed isiru apposta sabiex jitkeċċa l-kowċ.

F’kumment li tefa’ fuq Instagram, l-attakkant Messi ħadha qatta’ bla ħabel kontra Abidal, tant li staqsa għaliex l-istaff tal-klabb m’għamilx aktar sabiex jgħin lit-tim jikseb is-suċċessi. Dan il-battibekk fl-apert wassal lil ħafna partitarji ta’ Barcelona jispekulaw li Messi fadallu biss sas-sajf li ġej magħhom, u li probabilment ser itemm l-20 sena relazzjoni li l-Arġentin għandu mal-klabb Katalan. Il-kuntratt ta’ Lionel Messi għandu sas-sajf tas-sena li ġejja, imma mhuwiex eskluż li diversi timijiet Ewropej qegħdin isegwu mill-qrib dak li qed jiġri fil-Katalunja biex mal-ewwel ċans jaqbżu fuq l-Arġentin.

Fil-passat Messi kien diġa’ għamilha ċara li mal-ebda klabb ma’ jrid jiffirma kuntratt li jżommu sakemm jirtira, u dejjem wera x-xewqa li l-aħħar klabb li jilgħab miegħu jkun l-istess wieħed li miegħu beda l-karriera, Newell’s Old Boys. Hemm min qed jispekula li Messi jista’ jħalli lil Barcelona s-sajf li ġej sabiex jilgħab f’kampjonat ieħor, forsi wkoll b’risposta għall-Portugiż Cristiano Ronaldo li s’issa lagħab fil-kampjonat Portugiż, Ingliż, Spanjol u Taljan.

Xorta waħda huma ħafna dawk li qed jgħidu li ma jarawx lil Messi jħalli lil Barcelona biex jingħaqad ma’ tim ieħor Ewropew, imma kollox jista’ jkun speċjalment wara l-battibekk fl-apert li għandu m’Abidal. Ma’ Barcelona, Lionel Messi kiser kull rekord possibbli, kemm bħala klabb u anke fuq bażi personali u jibqa’ wieħed mill-aqwa plejers ta’ kull żmien.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Fil-partiti li ntlagħbu fid-21.00 tal-lejla, Manchester United għalbu f’darhom lil Club Brugge bi skor ta’ 5-0 u kwalifikaw għar-rawnd li jmiss. Fernandes jiftaħ l-iskor għar-Red Devils u Ighalo rduppja fl-34…

Futbol internazzjonali

Bayern Leverkusen kwalifikati wara li rebħu wkoll fil-Portugall kontra Porto bi skor ta’ 3-1. Alario fetaħ l-iskor għal Bayern wara 10 minuti logħob. Demirbay irdoppja fil-50 minuta. Havertz għamilhom fis-57…

Futbol internazzjonali

David Beckham ammetta li Lionel Messi u Cristiano Ronaldo huma fil-mira tal-klabb tiegħu Inter-Miami hekk kif fi tmiem il-ġimgħa jibda l-kampjonat tal-futbol fil-pajjiż. Seba’ snin wara li kien beda l-proċess…

Futbol internazzjonali

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mit-tieni rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League ġiet posposta minħabba alert ta’ maltemp qawwi. Din l-aħbar ikkonfermata anki l-UEFA. Fl-ewwel rawnd, il-Ġermaniżi rebħu bi skor…

Aktar