Ċikliżmu
Jitħabbru d-dati taż-żewġ kampjonati tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu

Waqt il-laqgħa riċenti tal-Kunsill tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu u fuq rakkomandazzjoni tal-Uffiċjali tal-istess Federazzjoni, kien deċiż li ż-żewġ kampjonati għal din is-sena biss isiru fuq tiġrija waħda minflok is-soliti tlieta, biex b’hekk joħorġu ċ-champions nazzjonali.

Ovvjament dan huwa dejjem suġġett jekk jinħarġu l-permessi kollha relatati.

Kien għalhekk ipprogrammat li l-unika tiġrija tat-Time Trail tinżamm fuq iċ-ċirkwit tal-Mrieħel il-Ħadd 26 ta’ Lulju 2020 fuq distanza 8 laps, filwaqt li dik tar-Road issir nhar il-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2020 fuq iċ-ċirkwit ta’ San Martin fuq distanza 7 laps.

Il-bidu taż-żewġ tiġrijiet ikun fis-7:30am.

Bħala apprezament, kif ukoll bħala għajnuna lill-klabbs u Assoċjazzjonijiet membri tagħha, fuq rakkomandazzjoni tal-istess Uffiċjali tal-Federazzjoni, kien deċiż li minħabba dawn ir-restrizzjonijiet tat-tiġrijiet, kien ser ikun konċess li għas-sena d-dieħla kull klabb u Assoċjazzjoni Membru ma jkunux mitluba jħalsu l-affiljazzjoni tagħhom, kif ukoll li r-reġistrazzjoni individwali taċ-ċiklisti jkunu awtomatikament imġedda mingħajr ħlas addizzjonali għas-sena 2021.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ċikliżmu

L-Organizaturi tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena uffiċjaliżżaw il-programm tat-tappi tal-edizzjoni 2020. Oriġinalment l-edizzjoni tal-Giro D’Italia ta’ din is-sena kellha tibda fl-Ungerija iżda minħabba ċ-ċirkostanzi preżenti ta’ ċertu restrizzjonijiet fl-Ewropa ġie…

Ċikliżmu

L-organzizaturi tat-Tour de France ddeċidew li t-tellieqa tas-sena d-dieħla jmexxuha ‘l quddiem b’ġimgħa sabiex ma taħbatx mal-Olimpjadi ta’ Tokjo. Fl-2021 it-Tour mistenni jibda fis-26 ta’ Ġunju u jibqa’ sejjer sat-18…

Ċikliżmu

Ċikliżmu: Ilbieraħ sar il-Kampjonat Nazzjonali tat-time trail organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu fejn kien hemm suċċess għat-Team tal-Greens li rebaħ iż-żewġ kategoriji prinċipali. Etienne Bonello żamm it-titlu ta’ Champion b’Michelle Vella…

Ċikliżmu

Team Ineos ħabru li se jkunu qed jibdlu isimhom għall-edizzjoni li jmiss tat-Tour de France. L-ikbar Team fiċ-ċikliżmu professjonali ħabbar li l-isem il-ġdid tagħhom se jkun Ineos Grenadiers. L-isem ittieħed…

Aktar