Futbol internazzjonali
Jitħabbru l-finalisti tal-unuri individwali tal-Uefa Champions League tal-istaġun li għadda

Il-UEFA ħabbret il-lista ta’ players li wara votazzjoni waslu sal-finali biex jirbħu l-unuri pirnċipali tal-UEFA Champions League tal-istaġun li għadda.

Il-lista tinkludi tliet ismijiet għal erba’ kategorija li huma l-aħjar goalkeeper, l-aħjar difensur, l-aħjar midfielder u l-aħjar attakkant.

L-Unuri se jkunu preżentati nhar il-Ħamis 29 ta’ Awwissu f’Monaco waqt it-tlugħ tall-poloz tal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League għall-istaġun 2019/20.

Il-Finalisti fil-kategorija tal-aħjar goalkeeper hemm: Alisson Becker (Brazil – Liverpool FC); Hugo Lloris (Franza- Tottenham Hotspur FC) u Marc-André ter Stegen (Ġermanja – FC Barcelona).

Il-Finalisti fil-kategorija tal-aħjar difensur hemm: Trent Alexander-Arnold (Ingilterra – Liverpool FC); Matthijs de Ligt (Olanda – AFC Ajax, illum ma’ Juventus u Virgil van Dijk (Olanda – Liverpool FC).

It-tliet midfielders li se jikkontestaw l-unur tal-aqwa player ta’ nofs il-ground huma: Frenkie de Jong (Olanda – AFC Ajax, illum player ta’ Barcelona); Christian Eriksen (Danimarka – Tottenham Hotspur FC) u Jordan Henderson (Ingilterra – Liverpool FC).

Filwaqt li l-aħjar attakkant se jintgħażel minn fost dawn: Sadio Mané (Senegal – Liverpool FC); Lionel Messi (Arġentina – FC Barcelona); Cristiano Ronaldo (Portugal – Juventus Football Club).

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-Premier League Ingliż ikkonferma li plejer ieħor instab pożittiv. Dan ħareġ wara diversi testijiet li saru fuq diversi plejers u membri tal-istaff. L-aħħar persuna li nstabet pożittiva tellgħet it-total ta’…

Futbol internazzjonali

Christopher Aurier, ħu l-plejer ta’ Tottenham Hotspur, Serge Aurier, inqatel b’tiri fil-belt Franċiża ta’ Toulouse. Aurier, mill-Kosta tal-Avorju, kien għadu kemm ħareġ minn diskoteka. Hu miet fl-isptar wara li ttieħed…

Futbol internazzjonali

Total ta’ 142 persuna applikaw biex jinħatru kowċ tat-tim nazzjonali tan-nisa tal-Ingilterra. Aktar minn nofshom jilħqu l-kriterji meħtieġa. Dan qalitu Baroness Campbell, il-Kap tal-Assoċjazzjoni tal-futbol tan-nisa fl-Ingilterra. Phil Neville se…

Futbol internazzjonali

Granada 1   Real Madrid 2 Żewġ gowls fl-ewwel taqsima poġġew idejn il-Madrileni fuq it-titlu ta’ dan l-istaġun meta għelbu lil Granada 2-1. Għal Granada t-telfa xejn ma swiethom tajjeb fit-tama…

Aktar