Local Sports
Jitħabbru s-sitt dixxipplini għal-logħob ta’ Special Olympics f’Malta f’Mejju li ġej

Tħabbru s-sitt dixxiplini għal-logħob tal-Ispecial Olympics f’Malta f’Mejju tas-sena d-dieħla.

Kważi 200 ġurnata mill-bidu tal-logħob tal-Ispecial Olympics f’Malta, mart il-Prim Ministru u President ta’ Special Olympics Dr Lydia Abela, ltaqgħet mal-coaches tal-atleti Maltin u ħabbret is-sitt dixxiplini li se jikkompetu fihom kważi 1,000 atleta minn aktar minn 25 pajjiż li f’nofs Mejju li ġej se jiġu Malta.

Is-sitt dixxiplini huma l-football, l-atletika, il-boċċi, it-tenpin bowling, it-table tennis u l-għawm.

Il-logħob se jsir bejn it-13 u t-18 ta’ Mejju fil-Marsa, Tal-Qroqq u San Ġiljan.

Il-President ta’ Special Olympics Malta Anna Calleja, qalet li t-taħriġ li qed joffru l-coaches tal-atleti Maltin hu mfassal professjonalment skont il-karatteristiċi ta’ kull individwu u jawgura tajjeb biex l-atleti mhux biss jieħdu gost fil-logħob iżda jkunu fost l-aqwa.

Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm ukoll il-Minitru Julia Farrugia Portelli, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima u l-Onorevoli Oliver Scicluna.

Miktub minn...
TVM Sport