Futbol internazzjonali
Jitilgħu l-poloz għal Malta fil-kategoriji ż-żgħar.. dwell mat-Taljani għall-U19’s

Fil-UEFA ttelaw il-poloz tal-gruppi ta’ Kwalifikazzjoni għall-Kampjonat Ewropew fil-kategoriji ż-żgħar għas-sena d-dieħla.

Frisk mis-suċċess fil-grupp ta’ kwalifikazzjoni riċenti meta anke evita l-aħħar post fil-klassifika wara rebħa fuq il-Litwanja u draw prestiġjuż kontra l-Belġju, t-Team Nazzjonali ta’ taħt id-dsatax-il sena mmexxi mill-kowċ Winston Muscat tela fil-grupp mal-Italja, li se jkunu qed jospitaw dan il-Kampjonat mifrux fuq ġimgħa bejn erba’ nazzjonijiet bejn it-tlettax u d-dsatax ta’ Novembru li ġej, mal-Italja u Malta fi Grupp sitta hemm ukoll is-Slovakkja u Ċipru.

Il-preparazzjoni għat-team Malti ta’ taħt id-dsatax-il sena mistennija tibda kmieni s-sena d-dieħla b’żewġ friendlies kontra t-team Skoċċiż ta’ St.Mirren li se jkun f’pajjiżna għal training camp f’Jannar.

Sadanittant it-Team Malti ta’ taħt is-sbatax-il sena mmexxi mill-kowċ Noel Turner tela biex jilgħab fi grupp tlettax mal-Awstrija, l-Bulgarija u n-Norveġja li se jkunu qed jospitaw dan il-grupp li se jintlgħab bejn is-sbatax u t-tlieta u għoxrin ta’ Ottubru tas-sena d-dieħla.

F’isem il-Malta FA preżenti għal dawn il-poloz kien hemm id-Direttur tat-Teamijiet Nazzjonali, Ivan Vella.

Miktub minn...
Peter Cossai
Kap ta' TVM Sport. Isegwi l-Isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirraporta l-football lokali u internazzjonali. Jippreżenta l-programm 90 Minuta.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

It-Tnejn 29 ta’ Lulju 2019, Lazio Club Malta se jorganizzaw attività interessanti għal dawk il-partitarji lokali ta’ dan it-tim Taljan. I Il-Coppa Italia li rebħu l-Biancocelesti f’Mejju li għadda ser…

Futbol internazzjonali

Atlético Madrid ħabbru akkwist ieħor matul dan is-suq tat-trasferimenti. Id-difensur laterali ta’ Tottenham Hotspur, Kieran Trippier, ingħaqad mat-tim Spanjol għas-somma ta’ €22 miljun. Il-plejer ta’ 28 sena telaq minn Londra…

Futbol internazzjonali

Il-captain t’Ajax, Matthijs de Ligt, it-Tlieta filgħaxija wasal Turin sabiex jagħmel it-test mediku qabel jiffirma ma’ Juventus għas-somma ta’ €75 miljun. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li wassal lil Ajax sas-semifinali…

Futbol internazzjonali

Skont rapporti li ħerġin mill-media Ingliża u Spanjola, id-difensur ta’ Tottenham Hotspur Kieran Trippier ser jingħaqad m’Atlético Madrid. Skont id-Daily Telegraph, Trippier diġa’ jinsab fil-kapitali Spanjola sabiex jiftiehem it-termini tal-kuntratt…

Aktar