Futbol internazzjonali
Jitilgħu l-poloz tal-aħħar erbgħa tal-UEFA Nations League: Italja – Spanja u Belġju – Franza

UEFA Nations League: Illejla telgħu l-poloz tal-aħħar erbgħa tal-kompetizzjoni.

L-Italja ttellgħet biex tilgħab kontra Spanja mentri l-Belġju ttellgħu biex jilagħbu kontra Franza.

L-Italja kontra Spanja jilagħbu fis-6 ta’ Ottubru tas-sena d-dieħla fi Stadio Giuseppe Meazza ta’ San Siro f’Milan mentri s-semifinali l-oħra bejn Belġju u Franza tintlagħab l-għada 7 ta’ Ottubru fil-Juventus Stadium f’Turin.

Il-partita bejn it-telliefa għat-tielet u r-raba’ post u l-finali bejn iż-żewġ rebbieħa jintlagħbu t-tnejn fl-10 ta’ Ottubru.

Dik għat-tielet u r-raba’ post tintlagħab f’Turin mentri l-finali tintlagħab f’Milan.

Miktub minn...
TVM Sport