Jitkeċċew fl-aħħar siegħat il-kowċis ta’ Norwich, Cagliari u Catania

Il-logħbiet ta’ tmiem il-ġimgħa kienu fatali għal numru ta’ kowċis u managers fl-iktar Kampjonati segwiti mid-delettanti Maltin.

Apparti l-aħbar li lokalment Floriana ħatru lit-Taljan Giovanni Tedesco minflok l-Ingliż Ian Dawes, fl-Ingilterra l-klabb tal-Barclays Premier League Norwich City keċċew lil-manager Chris Hughton.

Minfloku sa tmiem l-istaġun jidher li se jiġi appuntat kowċ proviżorju internament.

Intant fl-Italja, r-riżultati tal-bieraħ fis-Serie A kienu fatali għal żewġ kowċis hekk kif wara t-telfa f’darhom kontra Roma, Cagliari keċċew lill-kowċ Diego Lopez, waqt li Catania keċċew lil kowċ Rolando Maran wara żelqa oħra f’darhom bl-iskor ta’ 2-1 kontra Torino, telfa li prattikament ikkonfermat id-destin tal-Isqallin fis-Serie B l-istaġun li ġej.

Din kienet it-tieni tkeċċija għal Maran minn Catania f’dan il-Kampjonat.

 

Miktub minn...
Rodney Vassallo