Sports Internazzjonali
Jitlaq il-kumplament tal-kontinġent tal-iSpecial Olympics għal Abu Dhabi

Illum telaq il-kumplament tal-kontinġent tal-Ispecial Olympics Malta li se jkun qiegħed jirrappreżenta lil pajjiżna f’Abu Dhabi. Il-logħob tal-Ispecial Olympics ser jibda fl-14 ta’ Marzu, il-Ħamis li ġej u jibqa’ sejjer sal-21 ta’ Marzu.

Illum waranofsinhar, diversi atleti u uffiċjali Maltin telqu minn pajjiżna fi triqithom lejn Abu Dhabi sabiex hemmhekk jagħmlu l-aħħar preparamenti qabel jibdew l-Ispecial Olympics. Sa mil-lum f’Abu Dhabi bdew l-ewwel avvenimenti tat-triathlon li hi l-uniku dixxiplina li bdiet qabel mhi ser issir iċ-ċerimonja uffiċjali.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Il-Brittaniku Lewis Hamilton ser ikun qiegħed jassisti lill-mekkaniċi matul dawn il-ħmistax sabiex jgħinhom jinvestigaw x’mar ħażin fl-ewwel tellieqa ta’ dan l-istaġun fl-Awstralja. Il-ħames darbiet ċampjin tad-dinja kien l-aħjar matul il-provi…

Sports Internazzjonali

Il-Finlandiż Valteri Bottas rebaħ l-ewwel tiġrija tal-Grand Prix 2019 li saret dalgħodu f’Melbourne, l-Awstralja. Tiġrija li rat id-dominju tal-Mercedes hekk kif il-Brittaniku u Champion renjanti Lewis Hamilton spiċċa t-tieni. Max…

Aktar