Futbol lokali
Jitlaqqa’ l-Kunsill tal-MFA jumejn wara t-telfa kontra l-Gżejjer Faroe

Illum il-Ħamis iltaqa’ l-Kunsill tal-MFA, laqgħa li ħabtet jumejn wara t-telfa tat-tim nazzjonali Malti kontra l-Gżejjer Faroe. Fil-ftuħ tal-Kunsill, il-President Bjorn Vassallo esprima d-diżappunt tiegħu għar-riżultat u anke għall-wirja tat-tim nazzjonali. Żied li għalkemm diżappuntat ħafna, ma kienx sorpriż bit-telfa. Semma’ fost l-oħrajn li għalkemm ħafna qiesu lil Malta fuq l-istess livell tal-Gżejjer Faroe, fil-verità l-Maltin kellhom biss żewġ plejers professjonali meta mqabbla mad-disgħa li kellhom il-Gżejjer Faroe. Għamilha ċara li għalkemm diżappuntati, mhux ser jieqaf kollox, anzi l-Assoċjazzjoni ser tibqa’ taħdem bis-sħiħ biex ikun hemm sforz kolletiv ħalli jiġu implimentati l-proġetti li hemm imniżżla fil-Viżjoni 2027.

Il-President Vassallo tkellem ukoll dwar il-possibilità li tim Malti jibda jilgħab fil-kampjonat Lega Pro Taljan sabiex il-plejers ikunu jistgħu jittrenjaw u jilagħbu f’livell professjonali.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Futbol lokali: L-attakkant ta’ Gżira United Jefferson de Assis rebaħ l-unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għal Ottubru. De Assis irċieva t-trofew mingħand l-Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta Anthony Scicluna. Il-plejer għażel…

Futbol lokali

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa llum wara nofs in-nhar jilgħab kontra l-Italja f’Castel di Sangro, logħba minn Grupp B ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonati tal-Ewropa 2021. Wara r-riżultat ta’ 1-1 kontra Iżrael tal-Ħamis…

Futbol lokali

Futbol lokali: It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena llum telaq lejn l-Italja għall-partiti mill-grupp ta’ kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew ta’ din il-kategorija. Il-kowċ nazzjonali Winston Muscat għażel skwadra ta’ 20…

Aktar