Futbol lokali
Jittellgħu l-Poloz tar-Round Preliminari u r-Round tas-16 tan-National Amateur Cup

Ittellgħu l-poloz tan-National Amateur Cup li ser tibda tintlagħab mill-ewwel jiem t’Ottubru. Il-kompetizzjoni ser tinqasam f’ħames fażijiet, fejn l-ewwel ser ikun hemm ir-Round Preliminari, segwit mir-Round tas-16, Kwartifinali, Semifinali u Finali.

L-erba’ timijiet li ser jaslu sas-semifinali ser ikollhom id-dritt li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni tal-FA Trophy ta’ dan l-istaġun.

B’kollox ser jieħdu sehem 24 tim, 19 minn Malta u ħamsa minn Għawdex. Fir-Round Preliminari b’kollox hemm 16-il tim, filwaqt li tmienja oħra ħadu bye għar-Round tas-16.

Ir-Round Preliminari

Round tas-16

F’dan ir-rawnd, l-ewwel erba’ logħbiet ser ikunu bejn it-timijiet li jgħaddu mir-Round Preliminari:

It-tmien timijiet l-oħra ser jikkonfrontaw lil xulxin f’dawn il-logħbiet:

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA