Sports Internazzjonali
Jitwaqqaf ħesrem il-Candidates Tournament fir-Russja

Il-Federazzjoni Internazzjonali taċ-Ċess ħabbret li l-Candidates Tournament li kien għaddej fir-Russja twaqqaf ħesrem minħabba miżuri ġodda li ħa l-Gvern Russu. Skont l-istqarrija, ir-Russja mistennija tagħlaq l-ajruporti fis-sigħat li ġejjin bħala miżura biex tiġi kkontrollata l-imxija tal-coronavirus, u diversi kompetituri riedu jmorru lura pajjiżhom. It-tournament li kien qiegħed jintlagħab f’Yekaterinburg, laqqa’ lill-aqwa plejers minn madwar id-dinja, li kienu qed jittamaw li jirbħuh sabiex ikollhom iċ-ċans jisfidaw lil Magnus Carlsen għat-titlu dinji.

L-Amerikan Fabiano Caruana, li bħalissa jinsab fit-tieni post fir-rankings dinjija, qal li għalissa t-tournament kellu jitwaqqaf għaliex il-ħsibijiet ta’ plejers bħalu kienu li jirritornaw lura d-dar fl-iqsar żmien possibbli u mhux jeħlu r-Russja għal perjodu li ma jafux kemm ser ikun twil.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Olimpijadi TOKYO 2020

L-atleti li kienu diġà kwalifikaw għall-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 qabel ma l-Logħob ġie pospost, se jżommu posthom bħala parteċipanti għal meta se jsiru s-sena d-dieħla. Madraw 6,200 atleta minn 11,000…

Formula 1

Għalkemm l-istaġun tal-Formula 1 kellu jiġi pospost minħabba l-imxija tal-coronavirus, mhux l-istess jista’ jingħad għall-ispekulazzjoni li qiegħda ddawwar ċertu timijiet u sewwieqa f’dan il-mument. Ftit jiem qabel ma ntemm l-istaġun…

Formula 1

L-istaff tal-McLaren li kienu fi kwarantina f’Melbourne fl-Awstralja minħabba każ ta’ coronavirus fi żmien meta ġiet posposta l-Grand Prix tal-Awstralja reġgħu lura fl-Ingilterra. 16-il impjegat tal-McLaren kienu ilhom ġimgħatejn f’iżolazzjoni…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-Assoċjazzjoni tal-futbol fil-Korea t’Isfel talbet lill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali biex jgħolli l-limitu tal-età tal-plejers tal-futbol li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi li issa se jsiru s-sena d-dieħla. L-Assoċjazzjoni Koreana qalet li dawk il-plejers…

Aktar