Local Sports
Jiu-Jitsu: Studenti Maltin onorati f’Ruma

Sudenti Maltin ta’ Jiu-Jitsu kienu onorati bi tliet Midalji tad-Deheb, erbgħa tal-Fidda u oħra tal-bronze. F`dan it-tournament, ħadu sehem fost l-aqwa atleti minn madwar id-dinja f’dan l-isport.

Is- 7 ta` Lulju 2019 tibqa’ ġurnata memorabbli għall-istudenti ta Checkmate.

Clyde Grech, Jolie Galea u Dejan Briffa rebħu Midalija tad-Deheb filwaqt li Marilyn Micallef, Denilson Manicaro, Vince Galea u Alessandro Ragusa kisbu Midalja tal-Fidda.

Sean Borg kiseb Midalja tal-Bronze wara biss ftit aktar minn sena ta’ taħriġ f`din id-dixxiplina.

Aleandro Manicaro ilu student taħt Checkmate għal madwar sentejn u ġibed l-għajn tan-nies f`din il-kompetizzjoni, għal fatt li għandu biss 18-il sena u dahal fl-`Absolute Category`. L-atleta Malti ġġieled kontra atleta Taljan ’il fuq minn 15-il sena esperjenza fil-Jiu-Jitsu. Alleandro ma rebaħx il-konfornt tiegħu bi ftit punti imma kellu prestazzjoni mill-aqwa.

Il-head coach Charlo Spiteri kkompeta taħt il-Master Division. Meta kien għad fadallu ftit sekondi għar-rebħa tiegħu, hu safa imweġġa’ u ma setgħax ikompli jikkompeti, iżda xorta kien kuntent ħafna bir-riżultat tal-istudenti tiegħu. Hu xorta ta l-appoġġ kollu tiegħu lill-atleti tiegħu u baqa` jmexxihom sal-aħħar.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Local Sports

Midalja tal-fidda u tnejn tal-bronż għall-players żgħażagħ Maltin fl-Open organizzat fil-jiem li għaddew mill-Malta Table Tennis Association. Fl-Open ħadu sehem timijiet minn tmien pajjiżi: b’Malta rappreżentata fil-kompetizzjonijiet tan-nisa u l-irġiel…

Table Tennis

Fi tmiem din il-ġimgħa, l-assoċjazzjoni Maltija tat-table tennis se torganizza tournament internazzjonali bis-sehem ta’ tmien pajjiżi. L-avveniment ingħata bidu llejla bi training camp ta’ jumejn għat-timijiet nazzjonali Maltin u t-timijiet…

Local Sports

Illum, fil-bajja tar-Rinella fil-Kalkara, saret edizzjoni oħra tar-Regatta Annwali tal-Youths bejn Bormla, l-Isla u l-Kalkara. Ir-regatta kienet miftuħa għall-qaddiefa ta’ taħt it-18-il sena. L-Isla rebħu l-ewwel, it-tieni, it-tielet u l-aħħar…

Aktar