Futbol internazzjonali
John Arne Riise involut f’inċident tat-traffiku fin-Norveġja

L-ex difensur ta’ Liverpool u għal żmien qasir anke ex-coach ta’ Birkirkara, in-Norveġiż John Arne Riise, ddaħħal l-isptar mat-tifla tiegħu Arianna wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku.

L-inċident seħħ żewġt iljieli ilu f’Alesund in-Norveġja meta Riise kien qed iwassal lit-tifla ta’ 19-il sena lura d-dar. Ftit qabel waslu Riise pprova jiskapula ostaklu fit-triq imma baqa’ dieħel f’barriera tal-ħadid bil-konsegwenza li l-karozza ġarrbet ħsarat konsiderevoli. Huma ttieħdu l-isptar b’urġenza imma dalgħodu Riise nnifsu qal fuq Twitter li huwa u Arianne intbagħtu d-dar wara li qattgħu il-lejl l-isptar għall-osservazzjoni.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Cristiano Ronaldo għandu rekord ieħor. Din id-darba mhux tal-futbol milgħub fil-pitch. Iżda tal-ewwel plejer tal-futbol li sar uffiċjalment biljunaru. Skont Forbes, bil-€105 miljuni li daħħal fis-sena l-oħra, CR7 għandu tiegħu…

Futbol internazzjonali

Il-ġganti tal-futbol Real Madrid u Atletico Madrid, ingħaqdu u ftehmu biex flimkien jgħinu familji tal-belt kapitali Spanjola li ntlaqtu mill-pandemija tal-COVID-19. Florentino Perez, President ta’ real Madrid, qal li għal…

Futbol internazzjonali

It-tabiba ta’ emerġenza li assistiet lill-plejer nazzjonali tal-Kamerun Patrick Ekeng qabel mewtu, ingħatat 18-il xahar ħabs sospiżi minħabba negliġenza. Fl-2016, il-plejer kien jilgħab fir-Rumanija ma’ Dinamo Bucharest u miet b’attakk…

Futbol internazzjonali

Żewġ plejers ta’ Benfica ttieħdu fl-isptar wara li ġiet attakkata l-bus tat-tim wara l-ewwel partita li lagħbu mingħajr partitarji. Il-Ġermaniż Julian Weigl u s-Serb Andrija Zivkovic, intlaqtu b’oġġetti u ttieħdu…

Aktar